Il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni jwiegeb dwar il-Konferenza Stampa tal-MUT
| Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ | u Xogħol Dr Louis Galea segwa mill-istampa u mezzi oħra d-dettalji tal-konferenza stampa li ta l-bieraħ il-President tal-MUT is-sur John Bencini dwar l-istrajk tal-għalliema ordnat mill-MUT dalgħodu. Diversi stqarrijiet li għamel is-Sur Bencini huma skorretti u jirrikjedu korrezzjoni jew preċiżazzjoni. |
| 1) Il-President ta’ l-MUT talab lill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni biex | ma jidħolx iżjed fl-affarijiet tad-dixxiplina għax mhix kompetenza tiegħu li jidħol fihom. |
Fatti:
| X’tgħid | il-Liġi dwar l-Edukazzjoni? |
| Artikolu 10 tal-liġi jgħid | li kull dritt vestit fl-Istat u kull dover impost fuq l-Istat fil-qasam ta’ l-edukazzjoni għandu jiġi eżerċitat jew imwettaq mill-Ministru. |
| Artikolu | 9 tal-ligi jagħti d-dritt lill-Ministru li jispezzjona kull skola u jkollu d-dritt li jissorvelja l-amministrazzjoni ta’ kull skola. |
| Artikolu | 25 tal-liġi jgħid li l-Kap u l-għalliema ta’ l-iskejjel huma responsabbli għat-tagħlim u ż-żamma tad-dixxiplina fl-iskola u jirrispondu għal dan lejn il-Ministru. |
| Artikolu | 47 tal-liġi jagħti d-dritt lill-Ministru biex jagħmel regolamenti fuq kull ħaga li għandha x’taqsam ma’ jew hi inċidentali għat-tħaddim u l-amministrazzjoni ta’ l-iskejjel kollha u għad-dixxiplina li għandha tinżamm fihom. |
Mistoqsija :
| Meta | l-liġi tgħid dan kollu, huwa veru dak li qal il-President tal-MUT li mhix il-kompetenza tal-Ministru li jidħol ‘f’dawn l-affarijiet’? |
| 2) Il-President tal-MUT | qal li l-Ministru bagħat ittra “lill-għalliema fl-iskejjel dwar x’għandu jsir u ma jsirx fid-dixxiplina fl-iskola”. |
Fatti :
| Dan | mhux veru. L-għalliema kollha jafu li qatt ma rċevew ittra mingħand il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni li tgħidilhom x’għandu jsir u ma jsirx fid-dixxiplina fl-iskola. |
| Il-Ministru | kiteb lill-Kapijiet ta’ l-iskejjel (u mhux lill-għalliema) biex jinformahom li ser issir reviżjoni tal-policy tad-dixxiplina u talabhom biex sat-30 ta’ April jiktbu lid-Direttur Policy Development and Programme Implementation (mhux lill-Ministru) dwar x’jixtiequ jbiddlu jew iżidu mal-policy pubblikata fi Frar 2002 dwar l-Imġiba Tajba u Dixxiplina fl-iskejjel. Dan qed isir biex meta jidħlu l-kummenti kollha jissaħħu r-regolamenti u l-linji gwida ta’ policy fil-qasam ta’ dixxiplina. Peress li din hi materja ta’ policy hu l-Ministru li finalment japprova (ara kopja taċ-ċirkolari mehmuza). L-għalliema kollha jafu li dan hu parti minn proċess ta’ reviżjoni ta’ diversi oqsma edukattivi u diġa sar dan it-tip ta’ eżerċizzju f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-edukazzjoni inklużiva u speċjali, il-MATSEC, l-attendenza fl-iskejjel u l-qasam ta’ l-edukazzjoni ogħla. Wieħed irid iżid jgħid li l-MUT kienet informata bl-azzjoni li se jieħu l-Ministru biex tinfetaħ konsultazzjoni dwar il-kodiċi ta’ dixxiplina. |
Mistoqsija:
| Meta | tqis dawn il-fatti, huwa veru dak li qal il-President tal-MUT li l-Ministru bagħat ittra “lill-għalliema fl-iskejjel dwar x’għandu jsir u ma jsirx fid-dixxiplina fl-iskejjel” ? |
| 3) John Bencini wissa | lill-Ministru Louis Galea biex jieqaf mill-intimidazzjonijiet u ma jkomplix bil-konfronti. |
Fatti:
| Il-President | u l-uffiċjali tal-MUT jafu li l-għodda li qed iħaddem il-Ministru Galea fuq l-affarijiet u l-kwestjonijiet ta’ l-edukazzjoni hija l-għodda tad-djalogu. Huma flimkien ma’ l-uffiċjali tal-Ministeru u d-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni jafu bl-impenn tal-Ministru Galea biex il-ħin kollu jkun hemm kommunikazzjoni effettiva, djalogu u negozjati f’atmosfera ta’ rispett reċiproku u kollaborazzjoni. Kull min ħa sehem fil-laqgħat li kienu qed isiru jista` jixhed dwar dan. |
| Tul | il-kampanja kollha, inkluż ir-Rally ta’ Protesta, li l-MUT għamlet fuq din il-kwestjoni, l-Ministru Louis Galea żamm ħafna lura milli jikkummenta fuq ħafna ħwejjeg li qed jintqalu, preċiżament biex kemm jista` jkun jevita kull konfront u ma jikkontribwixxix għall-kontroversja u l-eskalazzjoni tal-kwestjoni. |
| Meta | l-Ministru ħass il-ħtieġa li jirrispondi akkużi, allegazzjonijiet u stqarrijiet infondati, dan dejjem għamlu skond il-fatti u b’ton ta’ raġuni, konċiljattiv u bla ebda aggressjoni jew konfrontazzjoni ta’ xejn. |
| Il-Ministru | ħalla lil kulhadd fil-liberta` u skond il-kuxjenza x’jagħmel dwar id-direttivi tal-MUT. Kif diġa` spjega hu ma kellux mezz ta’ trasport kif iġib it-tfal l-iskola siegħa tard. L-għażla kienet bejn li t-tfal jużaw it-trasport ta’ l-iskejjel, jigu fil-ħin tas-soltu u jitilfu siegħa biss skola, jew it-tfal fil-biċċa l-kbira tagħhom ifallu l-iskola u jitilfu ġurnata sħiha. Kien biss f’dan il-kuntest, b’sens biss ta’ responsabbilta` u bl-ebda sens ta’ intimidazzjoni, pika jew sfida, li sar appell għas-sens ta’ dmir tal-Kapijiet u l-Assistenti Kapijiet biex jiftħu l-bibien ta’ l-iskejjel u jdaħħlu t-tfal fl-iskola flok iħalluhom barra. |
| Il-President | tal-MUT qal li l-Ministru aġixxa b’mod differenti meta kien hemm l-istrajk tal-karrozzi tal-linja. L-ewwel, il-paragun m’għandu x’jaqsam xejn għaliex f’dan l-istrajk ġenerali, it-trasport tal-karozzi tal-linja ma kienx disponibbli u ma kien l-ebda alternattiva biex il-ġenituri jwasslu lil uliedhom l-iskola. It-tieni, tajjeb ikun magħruf li, minkejja l-appell tal-Ministru dakinhar biex il-ġenituri jieħdu lil uliedhom l-iskola, xorta wahda l-iskejjel milquta tista` tgħid baqgħu vojta u t-tfal tilfu jumejn skola. Mentri llum it-tfal tilfu siegħa skola iżda mhux ġurnata shiha, kif kien jiġri kieku l-Ministeru talab lill-ġenituri jieħdu t-tfal siegħa tard kif riedet li jsir l-MUT. |
Mistoqsija:
| Minn | meta ‘l hawn saret “intimidazzjoni” u “konfront” għax il-Ministru jwieġeb b’fatti u b’ton ċivili jew għax jerfa` r-responsabbilta` tiegħu? |
| Min | tassew qed jintimida u jagħmel il-konfront? |
| 4) Il-President tal-MUT | qal “li l-MUT qatt ma tippubblika ittri li jkunu ntbagħtu lill-Ministru”. |
Fatti:
| Mhux | veru. F’diversi okkażjonijiet l-MUT ħasset li kellha tippubblika ittri li tkun bagħtet lill-Ministru dwar kwestjonijiet li jinqalgħu minn żmien għal żmien. |
| 5) Rigward l-inċident tal-Junior | Lyceum ta’ Kordin il-President ta’ l-MUT qal li “l-Ministru Galea insista li dan (l-istudent) jagħmel l-eżami bil-kumditajiet kollha. |
Fatti:
| Dan | mhux veru. Id-deċiżjoni li l-istudent jagħmel l-eżami fl-iskola f’kamra separata ittieħdet mill-iskola. |
| Il-Ministru | Galea ma kellu xejn x’jaqsam mad-decizjonijiet ta’ dixxiplina ta’ l-istudent koncernat. F’dan il-każ id-deċiżjoni tad-dixxiplina ittieħdet mill-iskola u ġiet konfermata wara investigazzjoni dettaljata mill-Bord Nazzjonali tad-Dixxiplina fl-Iskejjel. |
| F’dan | il-każ l-MUT mhux qed taqbel mad-decizjoni tad-dixxiplina meħuda u trid timponi deċiżjoni li fil-fehma tagħha hi aktar xierqa. Issa filwaqt li kulħadd għandu dritt ghal opinjoni dwar kemm kastig jew deċiżjoni ikun adattat skond il-merti ta’ kull każ, la hi kompetenza ta’ Ministru iżda lanqas ta` unjon li jiddeċiedu l-kwantum tal-kastig jew x’deċiżjoni tittieħed. Il-union ikollha raġun biss kieku fil-każijiet li jseħħu ma tittieħed l-ebda azzjoni dwarhom. |
| Il-punt | ta’ prinċipju li qed jinsisti fuqu l-Ministru hu li d-deċiżjonijiet ta’ dixxiplina jeħduhom l-iskejjel u l-awtoritajiet kompetenti u, fejn hemm bżonn, il-Bord Nazzjonali msemmi. Il-punt ta’ prinċipju li l-Ministru qed jafferma hu li jkun żball jekk id-deċiżjonijiet ta’ dixxiplina ta’ studenti jibdew jiġu mposti bis-saħħa ta’ azzjonijiet industrijali ta’ union. |
Mistoqsija:
| Min | ser jibda jieħu d-deċiżjonijiet dwar id-dixxiplina ta’ l-istudenti? Ser nibqgħu bis-sistema ta’ llum fejn inħallu f’idejn l-iskejjel u l-Bord Nazzjonali jew se tibda tiddeċiedi l-MUT? |
| 6) Il-President tal-MUT | qal li ma jistgħux jifhmu għala l-Ministru Galea jrid bis-saħħa li dan it-tifel jerġa’ jmur hemm (fl-iskola) meta jaf li hemm problema. |
Fatti:
Dan mhux veru. Huwa l-Bord Nazzjonali tad-Dixxiplina li kkonferma li l-istudent għandu jirritorna fl-iskola tiegħu. Il-Ministru ma jrid xejn. Hija l-MUT li trid lill-Ministru ibiddel id-deċiżjoni ta’ l-iskola u tal-Bord biex it-tifel ma jirritornax fl-iskola tiegħu. L-MUT trid lill-Ministru jindaħal jew ma jindaħalx?
Mistoqsija:
X’għandu jagħmel Ministru ta’ l-Edukazzjoni: jappoġġja d-deċiżjoni tal-Bord Nazzjonali ta’ Dixxiplina jew iċedi għall-pressjoni tal-Union.
U kif l-aħjar wieħed jaffronta l-problema: billi jittrasferixxi t-tfal jew billi jara x’hemm bżonn isir, kif qed jiġri f’dan il-każ u f’każi oħra? U x’jiġri meta fil-Junior Lyceum ta’ Kordin jiġi trasferit student ieħor dixxiplinat minn skola oħra?
7) Il-President tal-MUT ħabbar li “b’effett immedjat l-MUT se twaqqaf kull kuntatt mal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni anke dwar it-taħdidiet dwar ir-riforma fl-edukazzjoni”.
Fatti:
| Il-Ministru | qatt ma ndaħal fid-deċiżjoni ta’ l-ebda unjon kif tmexxi l-affarijiet tagħha. |
| Mhux | veru li hemm bażi raġjonevoli jew li jeżistu ċ-ċirkostanzi li jirrendu ġustifikabbli d-deċiżjoni tal-MUT li taqta` kull kuntatt mal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni. |
| Il-Ministru | jemmen li d-deċizjoni tal-MUT hi żbaljata u kontra l-interess ta’ l-għalliema u għall-progress ta’ l-edukazzjoni f’pajjiżna. |
| Kif | iddikjara l-istess President tal-MUT “Il-problema ta’ imġiba inaċċetabbli ta’ numru żgħir ta’ studenti hi problema kumplessa ħafna.” U dan japplika mhux biss għal pajjiżna iżda għal ħafna pajjiżi oħra. L-MUT sa minn ġimgħat ilu għandha f’idejha l-proposti kollha tal-Ministeru u d-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni dwar x’jeħtieġ isir biex l-iskejjel tagħna jsiru ta’ kwalita` aħjar u biex ikun hemm għodda b’saħħitha biex it-tfal u l-istudenti, kif ukoll l-għalliema, jgħixu l-esperjenza edukattiva f’ambjent san, dixxiplinat u kreattiv. |
| Il-Ministru | ser ikompli jaħdem biex iwettaq ir-riforma li hija ta’ fejda għall-edukazzjoni ta’ ulied il-poplu Malti u Għawdxi. Ir-riforma fiha benefiċċji għall-istudenti daqskemm fiha għall-għalliema. |
| Issa | jekk l-MUT trid tostakola r-riforma, terfa’ r-responsabbilta` hi. |
| 8) Dwar id-direttivi li | semma’ l-President tal-MUT, il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni jirriserva l-pożizzjoni tiegħu minħabba aspetti legali li jistgħu jkunu involuti. |
Other Press Releases:
PR261955en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...
PR261955