Left arrow Go Back

Attivitajiet Fl-MCAST f’Jum iż-Żgħażagħ

pr0433
Date Icon 21/03/2006
Il-21 ta’ Marzu huwa il-Jum Nazzjonali taż-Żgħażagħ,u għal dan il-Jum, fl-MCAST qed jiġu organizzati diversi attivitajiet u qed jiġi mniedi l-ewwel Kunsill ta’ l-Istudenti ta’ l-MCAST.  Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni Louis Galea żar l-MCAST biex filwaqt li jara l-attivitajiet li ġew organizzati, ħa sehem f’dibattitu li sar mill-istudenti u li fiħ iddiskutew il-parteċipazzjoni attiva ta’ l-istudenti bl-iskop li jħeġġu stili ta’ ħajja b’saħħithom.
Fi tmiem l-istess dibattitu, tnieda l-ewwel Kunsill ta’l-Istudenti ta’ l-MCAST u dan biex l-istudenti ta’ l-MCAST ikollhom organizzazjoni li tirrapreżentahom u biex ikun hemm organizzazjoni li torganizza attivitajiet għall-istudenti ta’ l-MCAST u taħdem biex iġġib il-quddiem il-kwistjonijiet li l-istudenti jħossu li huma mportanti għalihom.
Il-Ministru Galea qal li dan hu pass ieħor importantigħall-MCAST u jkompli juri l-impenn tal-kulleġġ biex l-istudenti li jattendu fil-kulleġġ ma jkunux biss attivi akkademikament imma jipparteċipaw fil-livelli differenti.  Hu qal li tema ewlenija tal-Politika taż-Żgħażagħ hi l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fis-soċjeta’ biex anke permezz ta’ l-edukazzjoni jkunu ċittadini attivi li jagħmlu differenza.  Hu qal li ż-żgħażagħ iridu jkunu involuti partikolarment fid-deċiżjonijiet li jaffetwawhom u fl-istess ħin għandhom minjiera ta’ ħiliet, attitudnijiet u enerġija li żgur jagħtu valur miżjud lil kull organizzazjoni li   agħraf tużahom tajjeb.
L-attivitajiet fl-MCAST kienu jinkludu quddiesa, wirjata’ karozzi ta’ studenti mill-MCAST stess, u li qed tintuża biex jitwassal il-messaġġ favur sewqan responsabbli, stands b’informazzjoni rilevanti għaż-żgħażagħ, wirjiet mis-St. John Rescue Corps u mit-tim nazzjonali tal-Judo, show tal-breakdance, dibattitu u attivitajiet oħrajn.
Il-Ministru temm ifaħħar lill-istudenti u lill-amminstrazzjoni ta’ l-MCAST għall-impenn tagħhom biex Jum iż-Żgħażagħ jiġi mfakkar b’mod hekk attiv fl-MCAST.  Hu awgura li l-ħajja żagħżugħa u attiva li ra llum fuq il-campus ta’ l-MCAST tkun xi ħaġa li wieħed jara aktar spiss u mhux biss f’Jum iż-żgħażagħ.  L-MCAST u l-Università għandhom ikollhom campuses mimlijin attivita’ u ħidmiet miż-żgħażagħ li għandhom ħafna talenti u enerġija li tista’ tittrasforma l-campus f’ċentri ta’ tagħlim, kultura u arti.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sigurtà tal-Ewropa hija marbuta direttament ma’ dik tal-Mediterran – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR261955

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sigurtà tal-Ewropa hi...

More Press Releases Right arrow