Left arrow Go Back

Pjan ta’ Ħidma għas-sena li ġejja mill-KNŻ

pr0432
Date Icon 21/03/2006
Il-KunsillNazzjonali taz-Żgħażagħ (KNZ) ippreżenta l-pjan ta’ ħidma 2006-7 lill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol, Dr. Louis Galea fil-Jum Nazzjonali taż-Żgħażagħ.  Il-pjan ta’ ħidma jaħseb biex isaħħaħ l-istrutturi interni u s-sehem ta’ l-għaqdiet fi ħdan il-KNŻ. L-uffiċjali u l-għaqdiet fi ħdan il-KNŻ għandhom l-awtonomija meħtieġa biex imexxu l-quddiem il-miri tagħhom.
Il-KNŻ,b’Lorenzo Vella bħala President u Nicholas Baldacchino bħala Viċi President, jikko-ordina r-relazzjonijiet mal-Gvern u l-korpi Governattivi inkluż relazzjonijiet mal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD).  Il-KNZ irid li l-uffiċċji tiegħu iservu ta’ ċentru nazzjonali taż-żgħażagħ.  Il-KNŻ irid li jsaħħaħ il-finanzi billi jidentifika bank, aġenzija ta’ l-ivvjaġġar, kumpanija tat-telefonija, kumpanija ta’ l-assikurazzjoni, u kumpanija elettronika sabiex joffru għajnuna finanzjarja.
Il-KumitatInternazzjonali fi ħdan il-KNŻ se jorganizza seminar internazzjonali bit-tema ta’ Active European Citizenship. Il-Ministru Galea faħħar ukoll l-inizjattiva li qed jieħu l-KNŻ fejn qed jaħdmu id f’id mal-Kunsilli Lokali biex aktar kunsilli jkollhom Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ. “Hemm bżonn li żgħażagħ li ma jiffurmawx parti minn għaqda wkoll ikunu rappreżentati u l-KNŻ qed juri biċ-ċar li l-ħidma tiegħu ma tieqafx biss fejn jidħlu l-għaqdiet, imma tiġbor fiha wkoll l-individwi kollha li għal xi raġuni jew oħra m’humiex parti minn xi għaqda”, qal Louis Galea.
Filwaqtli tenna l-impenn tiegħu u tal-Gvern favur iż-żgħażagħ Louis Galea temm jgħid li l-KNŻ irid ikompli jaħdem fuq it-twettiq tal-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ kif ukoll biex jippromwovi l-European Youth Pact, dokument ta’ l-UE favur iż-żgħażagħ, l-edukazzjoni u l-impjiegi.  Importanti wkoll li tkompli għaddejja l-ħidma biex ikun hemm ċittadinanza attiva fost iż-żgħażagħ u biex jiżdied ir-rikonoxximent ta’ l-edukazzjoni mhux formali,  esperjenzi li minnhom iż-żgħażagħ jitgħallmu ħafna u jiksbu ħiliet importanti u li xi drabi m’humiex apprezzati biżżejjed fid-dinja tax-xogħol.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sigurtà tal-Ewropa hija marbuta direttament ma’ dik tal-Mediterran – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR261955

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sigurtà tal-Ewropa hi...

More Press Releases Right arrow