Left arrow Go Back

SFIDI U BŻONNIJIET ĠODDA GĦALL-INFERMIERA U L-QWIEBEL

pr0412
Date Icon 17/03/2006
“Il-professjonita’ l-infermiera u l-qwiebel (midwifery) hija l-professjoni bi sfida kbira fil-qasam tas-saħħa tal-poplu. Is-sehem ta’ din il-professjoni fir-riformi meħtieġa għal servizzi ta’ saħħa ta’ kwalita` huwa kruċjali. Il-poplu Malti u Għawdxi għandu tassew għaliex ikun grat lejn dawk kollha, nisa u rġiel li jiddedikaw ruħhom għall-kura u l-fejqan tal-marid f’pajjiżna.”
Dankien il-qofol tal-messaġġ ta’ Louis Galea, Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol, meta dalgħodu fetaħ il-konferenza dwar “Saħħa u Sigurta` fix-Xogħol tan-Nurses u l-Qwiebel” organizzata mill-Florence Nightingale MUMN Benevolent Fund Committee fl-okkazjoni ta’ l-Għaxar Anniversarju mit-twaqqif ta’ l-MUMN. Il-konferenza saret fil-Lukanda, San Ġiljan Golden Tulip Vivaldi.
Il-konferenzaġiet introdotta miċ-Chairman tal-Fund, George Saliba, u mill-President tal-MUMN Rudolph Cini. Għall-konferenza attendew is-Segretarju Ġenerali ta’ l-MUMN Colin Galea, id-Direttur Ġenerali tan-Nurses Joseph Sharples, u numru kbir ta’ nurses u qwiebel fi gradi differenti.
LouisGalea beda billi feraħ lill-MUMN fl-okkażjoni ta’ dan l-anniversarju u awgura ħidma aktar fejjieda b’risq l-infermiera u l-qwiebel u l-qasam kollu tas-saħħa f’Malta. Il-Ministru faħħar l-inizjattiva ta’ l-MUMN li tiffoka fuq is-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol u fisser li l-ewwel responsabbilita` għal dan hija ta’ min iħaddem u ta’ l-impjegati nfushom. L-Awtorita` dwar is-Saħħa u s-Sigurta` fuq il-Post tax-Xogħol diġa` qanqlet aktar kuxjenza u qed iżżid il-ħidma tagħha biex f’kull post tax-xogħol jiġu osservati l-istandards meħtieġa f’dan il-qasam.
Il-MinistruGalea qal li x-xogħol ta’ l-infermiera u l-qwiebel jippreżenta karatteristiċi speċjali u hi ħaġa tajba li l-konferenza ser tiddiskuti suġġetti bħall-ansjeta` (stress), kalkoli tar-riskji (risk assessment), kontroll ta’ l-infezzjonijiet, iffullar fis-swali ta’ l-isptar, u ħwejjeġ oħra li jaffettwaw is-saħħa u l-atmosfera li fiha taħdem din il-professjoni.
Il-MinistruGalea fisser il-ħidma tal-Gvern biex għolla l-istatus ta’ l-infermiera u qwiebel f’pajjiżna u tejjeb il-kondizzjonijiet tagħhom. Huwa fakkar fil-ħidma li saret biex twaqqaf l-Istitut tal-Kura tas-Saħħa fl-Universita` li għolla bil-kbir il-livell ta’ l-istudju u t-taħriġ għal Diploma, Degree, Master u anke Dottorat.
“Il-professjoniissa qed tħares ‘l quddiem għal żviluppi importanti u sbieħ biex ix-xogħol ta’ l-infermiera u l-qwiebel jagħti aktar sodisfazzjon u servizzi ta’ kwalita` li tkompli titjieb,” qal il-Ministru Galea. Huwa kompla jispjega li l-professjoni qed tifhem il-bidliet li qed iseħħu fil-popolazzjoni u fl-istili ta’ ħajja li qed ikollhom impatt kbir fuq is-servizzi tas-saħħa. “M’hemmx dubju li l-professjoni hi minn ta’ quddiem biex tassisti għal avvanzi medici, xjentifiċi u teknoloġiċi li qed jibdlu l-ħin kollu b’rata mgħaġġla l-kura medika u dan jinħtieġ żvilupp kontinwu tal-professjoni.”
Il-MinistruGalea qal li l-Gvern qed jaħdem biex issa nadattaw l-istrutturi sew fiżiċi kif ukoll organizzattivi ħalli s-servizz tas-saħħa jadatta ruħu għall-bżonnijiet u opportunitajiet ġodda. “L-isptar il-ġdid Mater Dei, flimkien ma’ l-investimenti li qed isiru f’Boffa, Żammit Clapp, Monte Carmeli, San Vincenz de Paule u l-isptar ta’ Għawdex, lkoll għandhom jitqiesu bħala opportunita` mill-aqwa biex ix-xogħol ta’ l-infermiera u l-qwiebel jiġġedded, jgħola fil-kwalita`,  u jkompli jagħti sodisfazzjoni lil min jaħdem f’dan il-qasam. Is-saħħa għandha wkoll tiżviluppa f’qasam reġjonali importanti ta’ servizzi. Il-professjoni medika Maltija hi mill-aqwa fid-dinja. U l-professjoni ta’ l-infermiera, qwiebel u paramediċi ukoll hi ta’ l-ogħla kwalita`. Ejja lkoll flimkien nilqgħu l-isfida,” temm il-Ministru Louis Galea.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sigurtà tal-Ewropa hija marbuta direttament ma’ dik tal-Mediterran – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR261955

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sigurtà tal-Ewropa hi...

More Press Releases Right arrow