Donazzjoni mill-Għaqda Ħbieb Sptar Monte Carmeli
Il-president ta’ l-Għaqda Hbieb Sptar Monte Carmeli, is-Sur Joe Borg Bonello fil-preżenza tal-Kap Eżekuttiv ta’ l-isptar Monte Carmeli u s-Sur Louis Bonnici, Chairman tal-Bord tad-Diretturi, ippreżenta lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità, l-Onor. Louis Deguara, donazzjoni ta’ tail-lift van u somma ta’ Lm12,000. It-tail-lift van ingħata wara li l-Għaqda Ħbieb Sptar Monte Caremeli talbet l-għajnuna tal-Community Chest Fund. Is-somma ta’ Lm12,000 inġabret minn għadd ta’ attvitajiet li l-Għaqda torganizza minn żmien għal żmien.
It-tail-lift van se jagħmilha aktar faċli biex pazjenti li jużaw il-wheel chair jkunu jistgħu jattendu attivitajiet barra mill-isptar. Kien ilu jinħass il-bżonn ta’ van ġdid u għalhekk l-Għaqda Ħbieb Sptar Monte Carmeli ħadmet bis-sħiħ biex tara kif dan il-bżonn isir realta’. Id-donazzjoni tal-flus se sservi biex jinxtara apparat mediku fosthom defibrillator, suction machine, sphygmomanometer u ECG machine. Parti minn din is-somma se tintuza wkoll biex tigi modernizzata l-High Secure Unit fl-isptar Monte Carmeli.
L-Għaqda Ħbieb Sptar Monte Carmeli ilha mwaqqfa għal madwar 40 sena. Matul dan iż-żmien, l-Għaqda, b’koperazzjoni sħiħa ma’ l-awtoritajiet ta’ l-isptar Monte Carmeli ħadmet biex ittejjeb il-kwalita’ tal-ħajja tal-pazjenti. Matul is-snin kienu ħafna l-attivitajiet li fiha kienet imdaħħla l-Għaqda, fosthom il-bini tas-Social Centre u l-modernizzar ta’ Dar iż-Żgħażagħ jew, kif inhi magħufa aħjar, il-Young People’s Unit. L-Għaqda tifhem il-bżonn li pazjenti jieħdu sehem f’attivitajiet soċjali, u għal dan il-għan ħallset għax-xiri ta’ coach għal użu tal-pazjenti. Ta’ sikwiet din il-Għaqda toħroġ fondi biex pazjenti jkunu jistgħu jsiefru u jaraw pajjizi oħra.
Il-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità, l-Onor. Louis Deguara irrikonoxxa l-ħidma li titwettaq minn din l-Għaqda u faħħar il-bosta attivitajiet li jorganizzaw matul is-sena. Dawn l-attivitajiet barra li jservu biex jinġabru fondi li mbagħad jintużaw għall-benefiċċju tal-pazjent, huma wkoll strumentali biex titneħħa l-istigma li Monte Carmeli jġorr miegħu. Fl-aħħar snin il-pubbliku qiegħed iħares b’mod pożittiv lejn dan l-isptar grazzi għal ħidma ma taqta’ xejn u għal politika ta’ trasparenza mħaddma mill-management ta’ Monte Carmeli. Bit-tmexxija semi awtonoma li biha jitmexxa Monte Carmeli qegħdin iseħħu bidliet kbar u ir-riżultati qegħdin jidhru.
Il-Ministru kemm f’isem il-gvern kif ukoll f’isem il-pazjenti, irringrazzja lil Għaqda Ħbieb Sptar Monte Carmeli għal kontribut volontarju tagħha biex il-pazjenti jgħixu ħajja kemm jista’ jkun dejjem aktar normali.
Other Press Releases:
PR261955en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...
PR261955