Left arrow Go Back

Stħarriġ indipendenti dwar il-qasam awdjo-viżiv

pr0391
Date Icon 15/03/2006

F’konferenza ta’ l-aħbarijiet li fiha  tħabbru r-riżultati ta’ stħarriġ dwar il-qasam awdjo-viżiv, il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech qal li l-Ministeru tiegħu, bħala l-Ministeru responsabbli mill-‘policies’ dwar ix-xandir, irid li l-‘policies’ li jadotta minn żmien għal żmien, ikunu mdawwla minn riċerka professjonali. Għalhekk permezz tal-‘Media Desk’ fi ħdan id-Direttorat għall-Affarijiet Ewropej u Żvilupp ta’ ‘Policies’ fil-Ministeru tiegħu,  fassal strateġija ta’ riċerka kwantitattiva u kwalitattiva f’dan il-qasam. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li ‘Ernst & Young’ kienu kummissjonati biex jagħmlu stħarriġ bit-telefon ma’ 1,050 persuna. Hu qal li kif se jispjegaw l-uffiċjali ta’ din id-ditta rinomata, id-daqs tal-kampjun huwa tali li jagħti riżultati kredibbli u li nistgħu noqgħodu fuqhom.  

Hu qal li f’dan l-istħarriġ xtaqna nsibu kif jaħsbuha l-Maltin dwar programmi televiżivi ta’ kwalita’, dwar programmi barranin, u dwar inizjattivi bħal dubbing. Hu qal li xtaqna nkunu nafu wkoll l-istazzjonijiet u l-programmi tar-radju u tat-TV li jaraw u jisimgħu l-Maltin. Il-Ministru Zammit Dimech qal li dan l-istħarriġ frixnih anke għaċ-ċinema. “Għalhekk għandna stħarriġ mifrux fuq il-qasam awdjo viżiv, il-qasam li tfassil ta’ policies għalih jaqa’ taht dan il-Ministeru,” tenna l-Ministru għat-Turiżmu u Kultura. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li dan l-istħarriġ kwantitattiv se jkun imwieżen minn stħarriġ kwalitattiv. Hu fakkar li waqt li l-istħarriġ kwantitattiv jagħti l-għadd ta’ dawk li jaraw u jisimgħu, l-istħarriġ kwantitattiv jagħtik ir-raġuni wara dawk in-numri. ‘Ernst and Young’ kienu wkoll kummissjonati biex imexxu ħames focus groups li se jgħinuna niskopru aħjar ir-raġunijiet wara ċ-ċifri li joħorgu mis-survey.  

“Użu immedjat li sar minn dawn iż-żewġ tipi ta’ stħarriġ kien fit-tfassil tad-direttivi li l-Ministeru tiegħi se jagħti lill-PBS dwar kif il-flus tal-Extended Public Service Obligation għandhom jintefqu fuq ġeneri differenti ta’ programmi tul l-iskeda Ottubru 2006 sa Gunju 2007. Dan l-eżerċizzju qed isir għall-ewwel darba. Għamilna proċess ta’ konsultazzjoni wiesa’ biex naslu għad-deċiżjonijiet tagħna iżda fattur ewlieni fit-tfassil tad-direttivi kien ir-riżultat tas-survey u tal-focus groups”, tenna l-Ministru Zammit Dimech. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li l-Ministeru mistenni li joħroġ id-direttivi fil-ġranet li ġejjin. Hu qal li tagħrif dwar dawn id-direttivi jingħataw wara li jkunu komunikati lill-PBS Ltd. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li l-Ministeru, aktar tard din is-sena se jkompli d-djalogu ma’ produtturi indipendenti. Hu qal li dawn il-produtturi għandhom rwol importanti ħafna fil-bini ta’ l-industrija awdjoviziva f’Malta. Hu qal li l-Gvern, għalhekk irid jgħinhom u jinkoraġġihom. “Fid-djalogu li se jseħħ mistennija jkollu rwol importanti din ir-riċerka li għamilna,” tenna l-Ministru Zammit Dimech.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sigurtà tal-Ewropa hija marbuta direttament ma’ dik tal-Mediterran – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR261955

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sigurtà tal-Ewropa hi...

More Press Releases Right arrow