Left arrow Go Back

Kunċert minn Amadeo Minghi f’Malta

pr0389
Date Icon 14/03/2006

Amadeo Minghi se jżur pajjiżna għal kunċert għall-apert organizzat minn ‘M & E Management Group’ li se jsir nhar is-Sibt 13 ta’ Mejju. Minghi se jkun akkumpanjat mill-kumpless mużikali  tiegħu.  

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura, Francis Zammit Dimech, meta nieda dan il-kunċert f’konferenza ta’ l-aħbarijiet fil-Golden Tulip Vivaldi Hotel f’San Ġiljan, qal li dawn il-kunċerti huma popolari mal-poplu Malti għaliex iressqu lill-Maltin lejn dawk il-kantanti popolari li jkunu segwew minn fuq it-televiżjoni u r-radju. Hu qal li dawn il-kunċerti jikkontribwixxu wkoll biex insaħħu s-settur turistiku billi jagħtu lill-viżitaturi esperjenza isbaħ. Hu qal li jemmen li hemm turisti li jiġu apposta biex isegwu kunċerti bħal dan u għalhekk anke dan it-tip ta’ kunċerti jistgħu joħolqu għal pajjiżna niċċa oħra turistika. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li f’pajjiżna llum hawn imprendituri li qed jieħdu r-riskju li jġibu fostna kantanti ta’ kalibru biex iferrħu mhux biss lill-Maltin u lill-Għawdxin iżda wkoll lit-turisti. Hu qal li dawn ukoll kien jixirqilhom l-appoġġ tagħna. 

Il-Ministru Zammit Dimech fakkar li l-mużika u l-kant kienu jgħaqqdu flimkien lill-popli tad-dinja u anke minn dan il-lat kien importanti li kunċerti bħal dawn ikomplu jiġu organizzati u segwiti. 

L-istorja ta’ suċċess ta’ dan il-kantant popolari Taljan, Amadeo Minghi, tirrifletti ruħha  fil-kanzunetta L’Immenso li ta f’diversi versjonijiet mad-dinja kollha fl-aħħar nofs tas-snin sebgħin. Wara żmien jikteb għal kantanti oħrajn fl-1983 Minghi iltaqa’ ma’ poeta żagħżugħ Ruman. Hawnhekk il-melodija eleganti ta’ Minghi tħalltet man-naturalezza tal-versi ta’ dan il-poeta u fit-tliet snin ta’ wara, twieldu wħud mill-kanzunetti l-aktar sbieħ ta’ Minghi: 1950; St Michel; Quando l’estate verrà, Sognami; Emanuele e io, Cuore di pace, Ladri di sole.

Wara din is-sħubija ma’ Chiocchio, Minghi reġa’ beda jipproduċi u jippublika hu, l-ewwel Serenata u wara kanzunetta li tellgħatu fost il-kbar Le nuvole e la rosa. Forse si musicale intlaqgħet b’entużjażmu kbir u kienet il-bidu ta’ suċċess li baqa’ jikber. Minn hemm beda tournèe li ntemm tliet snin wara b’miljun   spettatur u  bejgħ ta’ mijiet ta’ eluf ta’ diski bħal La vita mia, Canzoni, Vattene amore li kiteb għal Mietta. 

Minghi hu wkoll kompożitur ta’ colonne sonore għat-televiżjoni. Is-suċċess ta’ Minghi wasslu għat-tieni nofs tas-snin disgħin b’suċċessi kbar bħal Come due soli in cielo, Cantare è d’amore u Decenni. F’Settembru 1997 ippubblika fl-Amerika t’Isfel l-album Cantare è d’amore fejn  ta  tliet kunċerti kbar f’San Paolo tal-Brażil.  

Minghi temm il-millenju l-ieħor bil-Un Uomo Venuto da Lontano dedikata għall-Q.T. il-Papa Ġwanni Pawlu II, kummissjonat mill-Vatikan fl-okkażjoni tal-Ġublew 2000. Il-kanzunetta Gerusalemme hi marbuta ma’ proġett kbir ta’ Minghi fl-Art Imqaddsa, ħdejn il-ħajt tal-belt ta’ Ġerusalemm flimkien ma’ kantant Lhudi u ieħor Palestinjan. Fis-sena 2000 Amadeo Minghi ipparteċipa fil-festival ta’ San Remo fejn  kanta ma’ Mariella Nava Futuro come te. 

Fil-ħarifa tas-sena 2000 Minghi ippubblika l-album tiegħu Anita. Fl-istess żminijiet  ippubblika L’altra faccia della luna. F’Jannar tas-sena l-oħra Minghi ippubblika l-album Su di me. B’kollox Minghi ppubblika 23 album bit-Taljan u tlieta b’lingwi barranin. Flimkien ma’ Lino Banfi pparteċipa fi proġett UNICEF bl-iskop li jwasslu lit-tfal jitbissmu u anke biex parti mid-dħul miċ-CD li pproduċew marret għall-UNICEF.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sigurtà tal-Ewropa hija marbuta direttament ma’ dik tal-Mediterran – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR261955

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sigurtà tal-Ewropa hi...

More Press Releases Right arrow