L-Onor Anglu Farrugia jinqeda bl-immunita’ parlamentari biex jirrepeti allegazzjonijiet foloz
Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent jinnota kif l-Onor. Anġlu Farrugia inqeda bl-immunita’ parlamentari biex jirrepeti allegazzjonijiet foloz fil-konfront tal-Ministru George Pullicino.
Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent itenni li l-allegazzjonijiet li għamel l-Onor. Farrugia fil-Parlament diġa’ ġew miċħuda pubblikament u l-Ministru George Pullicino fetaħ kawża ta’ libell kontra l-ġurnal ‘Kull Ħadd’ immedjatament wara li dan il-ġurnal xandar dawn l-allegazzjonijiet fil-bidu ta’ Frar.
Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent jistieden lill-Onor. Farrugia biex jirrepeti l-allegazzjonijiet tiegħu barra l-Parlament u b’hekk il-Ministru Pullicino jkun jista’ jibda passi legali kontra l-Onor. Anġlu Farrugia wkoll.
Il-Ministeru jinnota wkoll li minkejja li skond l-Onor. Farrugia dan kien fatt ‘serju ħafna’, hu għażel li jħalli aktar minn xahar jgħaddi mill-allegat każ qabel ma tkellem dwaru propju lejliet l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali u dan minkejja li dawn l-allegazzjonijiet kienu diġa’ saru f’sezzjoni ta’ l-istampa lokali.
Other Press Releases:
PR261955en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...
PR261955