Left arrow Go Back

JIBDA JITĦADDEM SERVIZZ TA’ TRASPORT PUBBLIKU TA’ EMERĠENZA

pr0293
Date Icon 27/02/2006
B’referenzagħall-istqarrija maħruġa aktar kmieni llum, il-Gvern javża li minn għada ser jibda’ jitħaddem servizz ta’ trasport pubbliku ta’ emerġenza lejn l-isptar San Luqa. Is-servizz ser ikun magħmul minn seba’ rotot li ser jgħaddu mil-lokalitajiet imsemmija fil-lista annessa. Il-pubbliku li juża dan is-servizz ser jitħalla’ anke jinżel minn fuq il-vetturi pprovduti fil-postijiet fejn jixtieq minn fejn jgħaddu dawn ir-rotot. Dan is-servizz ser ikun qed jitħaddem mingħajr ħlas.
Minngħada wkoll l-użu tal-bus lanes ser jinfetaħ għall-vetturi kollha.
Il-Gvernjappella biex is-servizz ta’ emerġenza jintuża biss f’każijiet strettament neċessarji, filwaqt li l-pubbliku li jagħmel użu minn vetturi privati huwa imħeġġeġ biex iħaddem il-kunċett ta’ car pooling u fejn jista’ jġorr passiġġieri li jkunu qed jistennew fuq il-bus stops.
Filwaqtli l-Gvern huwa impenjat li jipprovdi lill-pubbliku b’servizz ta’ emerġenza hekk kif it-trasport pubbliku ser ikun wieqaf, qiegħed jappella wkoll lill-pubbliku biex isegwi mill-qrib l-avviżi li jistgħu jingħataw fil-ġranet li ġejjin dwar żidiet ma’ dan is-servizz ta’ emerġenza.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT  Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta

PR261952

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

More Press Releases Right arrow