Left arrow Go Back

Sejħa għal dawk in-negozjanti li jixtiequ jipparteċipaw fi proġett ta’ riċerka

pr0285
Date Icon 24/02/2006
“Permezz ta' dan il-Proġett serinkunu qed nassiguraw li negozji żgħar jiġu mogħtija għajnuna sabiex itejjbu l-kapaċitajiet tagħhom.  Proġett ieħor imniedi mill-Gvern għal qabża fil-kwalità”.  Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, qal dan waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet dwar il-proġett ‘For-Link’.  Dan il-proġett qiegħed jinħadem mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) b’kollaborazzjoni mas-Segretarjat għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, liema Proġett ser ikun qiegħed jiffinanzja t-taħriġ ta' negozjanti Maltin u l-impjegati tagħhom sabiex jitħarrġu fuq riċerka u metodi ġodda ta' produzzjoni f'kumpaniji oħra barra minn Malta.
L-Onor. Vassallo komplajgħid li “hija l-intenzjoni ta' dan is-Segretarjat li jaħdem dan il-programm fil-qrib mas-sidien tal-Mosta Technopark, li kull ma jmur qegħdin jirreġistraw aktar suċċess fil-qasam tagħhom.  Ir-riċerka u l-innovazzjoni tmur lil hinn minn sempliċi riċerka fuq prodotti ġodda.  Negozju jista’ jkun innovattiv kemm il-darba jagħraf jadatta għall-esiġenzi tal-ġurnata.  Il-kummerċ qiegħed kull ma jmur jinbidel u miegħu jinbidlu wkoll il-prattiċi kollha tax-xogħol. Għaldaqstant, sabiex nibqgħu kompettitivi, irridu nassiguraw li n-negozji tagħna jkomplu jaġġornaw ruħhom maż-żminijiet.  Il-Gvern qiegħed joffri l-għajnuna kollha tiegħu sabiex dan iseħħ.”
L-MCST qegħda tniedi dan il-proġettbil-għan li jiġu identifikati nuqqasijiet fis-sistemi ta’ innovazzjoni.  Dawn jinkludu nuqqas ta’ koordinament fil-politika ta’ l-innovazzjoni, il-bżonn li nsaħħu l-miżuri ta’ l-innovazzjoni, kif ukoll li ntejjbu l-ħiliet kemm tas-settur privat kif ukoll pubbliku, fil-politika u t-tmexxija ta’ l-innovazzjoni.  Fost l-objettivi ta’ dan il-programm hemm il-promozzjoni ta’ riċerka u żvilupp, kif ukoll l-iżvilupp ta’ kapaċitajiet ta’ l-innovazzjoni bħala għajnuna għan-negozji ż-żgħar, biex dawn ikunu jistgħu jiżviluppaw kapaċitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni.  Taħriġ għal dan il-għan ser isir kemm f’Malta, kif ukoll f’pajjiżi oħra ta’ l-Unjoni Ewropea.
Is-Segretarju Parlamentari EdwinVassallo semma wkoll li f'dan il-proġett ser ikun hemm ukoll taħriġ għal nies fis-settur pubbliku sabiex anke is-settur pubbliku ikun innovattiv u jagħraf jirrispondi aħjar għal-ħtiġijiet tan-negozju.  Ser tiġi finanzjata ukoll il-faċilita’ ta’ e-learning sabiex tagħlim dwar riċerka u innovazzjoni tkun provduta ukoll permezz l-internet.
Is-Segretarju Parlamentari Vassallospjega wkoll kif ser jitħaddem dan il-proġett, u  kif ser jiġu msaħħa l-kapaċitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni permezz ta’:

§                     Taħriġ għal trainers u managers ta’ programmi ta’ riċerka fil-management ta’ l-innovazzjoni.

§                     Taħriġ għal individwi li jixtiequ ħiliet ġodda biex ifasslu kapaċitajiet interni ta’ riċerka kemm f’negozji żgħar kif ukoll f’entitajiet pubbliċi.

§                     Taħriġ fir-riċerka u l-innovazzjoni permezz tal-kompjuter għal dawk il-persuni li ma jistgħux joħorġu jew li għandhom xi diżabbilita`.

“B’hekk, wieħed jista’ jara li danil-proġett qiegħed joffri bosta opportunitajiet għal dawk in-negozji żgħar li jixtiequ jiżviluppaw sistema ta’ riċerka u innovazzjoni biex ikunu jistgħu jtejjbu n-negozju tagħhom.  Ir-riċerka u l-innovazzjoni m’humiex għodda esklussiva għal negozji kbar, jew għal setturi partikolari bħalma huma l-informazzjoni tat-teknoloġija u oħrajn.  Ir-riċerka u l-innovazzjoni huma għodda importanti għal dawk kollha li jixtiequ li jimxu ‘l quddiem biex ikomplu jtejjbu x-xogħol siewi li qegħdin jagħmlu.”
“Għal din ir-raġuni, kemm l-MCST, kifukoll is-Segretarjat tiegħi, nixtiequ nħeġġu dawk in-negozji żgħar kollha li jixtiequ jagħmlu użu aħjar mir-riċerka u t-teknoloġija biex jieħdu l-opportunita` u japplikaw biex jipparteċipaw f’dan il-proġett, li huwa ffinanzjat kollu kemm hu mill-Unjoni Ewropea.  L-Opportunitajiet tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea huma kbar, iżda issa jiġi minna li nassiguraw li nagħmlu l-aħjar użu minn dawn l-opportunitajiet.”  temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo.
Wara l-konferenza ta’ l-aħbarijiet,l-Onor Vassallo żar numru ta’ kumpaniji fil-Mosta Technopark.  Fosthom kien hemm il-kumpanija Cheops, li hija kumpanija bbażata fuq l-informazzjoni tat-teknoloġija li tipproduċi components elettroniċi u circuits tal-komputer kemm għal Malta, kif ukoll għal barra.  Din il-kumpanija hija storja ta’ suċċess, fejn kumpanija żgħira kibret f’nichemarkets ġodda.  Bħalissa l-kumpanija timpjega 34 persuna, u qiegħda tesporta lejn swieq ġodda.  Meta tkellem fuq din il-kumpanija, l-Onor. Vassallo qal li “dan huwa każ tipiku ta' kumpanija żgħira li qiegħda tikber u dejjem tirreġistra progress.  Hi kabbret in-numru ta' impjegati tagħha, qed tidħol fi swieq ġodda barra minn Malta u tkabbar il-bejgħ tagħha.”
Is-Segretarju Parlamentari saħaq li“l-Mosta Technopark dejjem kienet iċ-ċentru tal-kumpaniji innovattivi f'Malta.  Dan il-park għadu qed jiġi miżmum fl-għola livelli ta' kwalita’ possibili, u għandu jkun ta’ eżempju għal żoni industrijali u kumpaniji oħra, partikolarment fl-użu tar-riċerka u l-innovazzjoni.”
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT  Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta

PR261952

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

More Press Releases Right arrow