Left arrow Go Back

Il-proċess ta’ l-għazla ta’ l-operatur għall-immaniġjar tal-merkanzija fil-port tal-Belt Valletta

pr0277
Date Icon 23/02/2006

Il-Ministeru għall-Kompetittvita’ u l-Komunikazzjoni jixtieq jinforma li l-process ta’ l-għażla ta’ l-operatur għall-immaniġjar tal-merkanzija fil-port tal-Belt Valletta issa daħal fl-istadju fejn is-sitt kumpaniji li oriġinarjament kienu wrew interess, ġew imsejħa mill-Awtorita’ Marittima ta’ Malta sabiex, jekk għadhom interessati, jiġbru d-dokumenti tat-‘tender’ mill-Uffiċċji ta’ l-Awtorita’ Marittima ta’ Malta. B’kollox inġabru ħames dokumenti mill-kumpaniji li jidhru hawn taħt:  

·        Hili Company Limited - konsorzju mal-GWU (Holding) Ltd u l-Port Workers Investments plc.;

·        Kuwait & Gulf Link Stevedoring Company Ltd - operatur tal-portijiet ibbazat fil-Kuwajt;

·        La Valletta Terminal Co (Malta) Ltd rapprezentata minn Farrugia, Gatt & Falzon - konsorzju li tinkludi BLG Consult ta' Bremen il-Germanja, Salv Bezzina and Sons Ltd, Salvu Meli and Sons Ltd u s-Sur Joseph Paris;

·        Malta Ports Terminals - konsorzju ta' burdnara, foremen, agenti tal-bastimenti, u kumpaniji tal-bastimenti, u bħala strategic operating partner lill-Portia Management Services Ltd., bazata fil-Port ta' Liverpool fir-Renju Unit;

·        TF Shipping Agencies - konsorzju li tinkludi Tumas Group u Portek Ports ( Mauritius ) bazata f’Singapore.  

Is-sitt kumpanija, PD Ports plc, li oriġinarjamentkienet uriet interess, infurmat lill-Awtorita’ Marittima ta’ Malta li ma kinitx aktar f'pożizzjoni li tkompli fil-proċess ta'  tendering.
Fil-ġimgħat li ġejjin dawn il-ħameskumpaniji mistennija jitfgħu l-offerti tagħhom.  Wara dan l-istadju ikun jista’ jinbeda l-proċess ta’ evalwazzjoni ta’ l-offerti sabiex jintagħżel l-operatur tal-port tal-Belt Valletta .
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT  Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta

PR261952

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

More Press Releases Right arrow