Left arrow Go Back

Il-Kummissjoni tahtar Direttur Ġenerali ghall-Ufficcju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF)

pr0265
Date Icon 22/02/2006

Wara opinjoni favorevoli mill-Kumitat tas-Sorveljanza tal-OLAF u konsultazzjonijiet mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Ministri, is-Sur Franz-Hermann Brüner inhatar mill-gdid mill-Kummissjoni bhala Direttur tal-Ufficcju Ewropew ta’ kontra l-Frodi, ghal perjodu iehor ta’ hames snin.

Is-Sur Brüner diga` kien Direttur tal-Ufficcju Ewropew ta’ kontra l-Frodi sa mill-ewwel ta’ Marzu tas-sena 2000. Is-Sur Brüner, mwieled f’Bad-Bauheim fir-Repubblika Federali tal-Germanja, ghandu esperjenza vasta fl-isferi legali u investigattivi; kien imhallef ta’ materji kriminali u civili fil-Qorti Municipali ta’ Weilheim, prosekutur pubbliku anzjan fl-Ufficcju tal-Prosekutur Generali ta’ Berlin u prosekutur anzjan fl-Ufficcju tal-Prosekutur Generali gewwa Munich.

Fi stqarrija dwar id-decizjoni fuq l-ghazla ta’ Direttur Generali gdid ghall-OLAF, il-Vici President tal-Kummissjoni Ewropeja, is-Sur Siim Kallas qal, “Sa mill-bidu tar-Rebbiegha tas-sena 2005, il-Kummissjoni ttrattat il-hatra tal-Kap tal-OLAF bhala materja ta’ urgenza. Il-procedura hadet iz-zmien minhabba l-htiega ta’ konsultazzjoni  mifruxa u qbil bejn l-istituzzjonijiet l-ohra.

Hekk id-Direttur Generali jkollu appogg qawwi, ta’ htiega minhabba l-istatut specjali tal-OLAF bhala ufficcju indipendenti li jiggieled kontra l-frodi u jipprotegi l-interessi finanzjarji tal-UE.” Is-Sur Kallas ghalaq l-istqarrija tieghu billi esprima l-oggettiv tieghu li l-OLAF ikun pilastru ta’ fiducja fil-mod kif l-UE tamministra l-finanzi taghha u bil-fehma tieghu li bis-Sur Brüner fit-tmexxija tal-ufficcju hu jinsab cert li jkollu alleat qawwi biex jilhaq dan l-oggettiv.

Bhala l-interlokutur tal-OLAF f’Malta, id-Direttorat ta’ l-Awditjar Intern u Investigazzjonijiet, ghandu pjacir ihabbar il-konferma mill-gdid tas-Sur Franz-Hermann Brüner bhala Diretur Generali tal-OLAF.  

B’indipendenza assoluta s-Sur Brüner se jkun responsabbli ghax-xoghol investigattiv ta’ l-istess Ufficcju. Taht is-supervizjoni tal-Kummissarju responsabbli ghall-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji ta’ l-Unjoni Ewropeja, huwa se jkun jamministra s-sehem illi l-OLAF jaghti fit-tfassil mill-Kummissjoni tal-istrategija kontra l-frodi u fil-provizjoni ta’ assistenza lill-iStati Membri billi jorganizza ko-operazzjoni mill-qrib u regolari bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-istess Stati Membri. Dan iwassal biex ikun hemm ko-ordinazzjoni fl-attivitajiet mahsuba biex jipprotegu l-interessi finanzjarji ta’ l-Unjoni Ewropeja minn frodi. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT  Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta

PR261952

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

More Press Releases Right arrow