Left arrow Go Back

TWEGIBA GHALL-KUMMENTI TAL-KAP TA’ L-OPPOZIZZJONI DWAR L-INCINERATUR TA’ L-ISPTAR SAN LUQA

pr0240
Date Icon 16/02/2006

Il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni, l-Onor. Alfred Sant, illum f’konferenza ta’ l-aħbarijiet quddiem l-isptar San Luqa tkellem dwar l-inċineratur ta’ l-isptar San Luqa.  Hu ssostanzja l-argument tiegħu billi kkwota gazzetti li dehrlu hu.

Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalistailu għal bosta snin jaħdem biex jelimina l-inċineratur u l-inkonvenjent li dan joħloq lil dawk li joqogħdu fil-viċinanza ta’ l-isptar San Luqa.  Dan il-proċess ma waqaf qatt imma għal darba wara l-oħra kien imblukkat minn appelli kontra deċiżjonijiet meħuda mid-Direttur tal-Kuntratti.  Il-gazzetti kemm –il darba rrapurtaw dan il-fatt imma l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni għażel li jinjorah.
L-Onor. Sant żgur li kien qara l-gazzettimeta dawn kienu ħabbru li ngħatat it-tender fl-4 ta’ April tas-sena 2003 fejn  l-inċineratur ta’ San Luqa kien ser jingħalaq darba għal dejjem u floku tiġi nstallata teknoloġija non-burn, jiġifieri li ma tipproduċix duħħan.  Il-kumpanija li rebħet it-tender ma kinitx f’pożizzjoni li tonora it-tender.  Ta’ dan il-kumpanija weħlet penali ta’ Lm50,000.  Il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni dawn il-fatti ma semmiehomx minkejja li anke l-istess ġurnali li jissimpatizzaw mal-Partit ta’ l-Oppożizzjoni kienu rrapurtaw dawn il-fatti.
Il-Gvern mill-ewwel kien reġa` beda proċessbiex tinħareġ tender oħra.  Illum dan il-proċess qiegħed fi stadju avvanzat u ġew short-listed 7 kumpaniji li offrew 6 teknoloġiji differenti.  Sallum dan il-proċess diġa` kellu xi nterruzzjonijiet għaliex ħafna drabi qed jiġri li min ma jaqbilx ma’ xi deċiżjoni tad-Direttur tal-Kuntratti jipprotesta u jwaqqaf il-proċess.
Il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni qiegħed jgħidli għandu soluzzjoni u jwiegħed li jsolvi l-problema fi żmien sitt xhur.  Ikun interessanti jekk Dr Sant jinforma lill-poplu Malti x’għamel biex jelimina l-inċineratur fit-22 xahar li dam fil-gvern.  Mhux sew li l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni ma jgħidx x’inhi din is-soluzzjoni u hekk iħalli lill-poplu tal-Pietà b’dan l-inkonvenjent sakemm u jekk ikun fil-Gvern.  Il-Ministeru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunità jagħti kelma lill-Kap ta’ l-Oppożizzjoni li jimplimenta s-soluzzjoni tiegħu kemm –il darba din tkun tista’ titwettaq fi żmien sitt xhur u fil-parametri eżistenti tar-regolamenti.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT  Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta

PR261952

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

More Press Releases Right arrow