Philips Mixer Perikoluż
pr0212
13/02/2006
| Id-Diviżjoni | tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni jinforma li ġie mgħarraf mill-Kummissjoni Ewropeja li nstabu mixers, tad-ditta Philips, fis-suq Ewropew li jistgħu jippreżentaw riskju ta’ inċident. Meta wieħed jagħfas il-buttuna turbo li qegħda għaliha waħedha u li hi faċli biex wieħed jgħafasha bi żball, l-apparat jibda jaħdem b’qawwa kbira. Jekk dan jiġri waqt li wieħed ikun qed iwaħħal jew jaqla’ l-beaters hemm riskju li teħodlu subgħajh. Dan il-mixer, jista’ ukoll ikun armat flimkien ma’ stand u bowl biex jifforma stand mixer konvenzjonali. |
| Mixer ta’ dan it-tip | inbiegħ hawn Malta wkoll. Dawn il-mudelli ta’ mixers huma Cucina HR 1560, 1561 u 1565 u l-prodotti suspettati huma dawk li għandhom in-numru tas-serje bejn 04420 u 05170 biss. |
| Aktar dettalji jistgħu | jinkisbu mill-website tal-Kummissjoni li tinstab f’dan l-indirizz: |
http://europa.eu.int/comm/dgs/health_consumer/dyna/rapex/create_rapex.cfm?rx_id=53
| Id-Diviżjoni twissi | lill-pubbliku li kull min għandu minn dawn il mixers m’għandux jużahom u għandu minnufih jirritornhom lill-bejjiegħ mingħand min xtrahom. Fil-każ ta’ xi diffikulta’ wieħed jista’ javviċina lid-: |
| Diviżjoni tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni | Triq il-Kanun, St Venera, |
| jew iċempel | 21446250/5. |

Other Press Releases:
PR261952
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw...
PR261951