Left arrow Go Back

JINĦAREĠ IL-PERMESS GĦALL-BINI TA’ L-EWWEL INCUBATION CENTRE GĦALL-ARTIĠJANAT F’GĦAWDEX

pr0189
Date Icon 09/02/2006

L-Awtorita’ Dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) tat l-approvazzjoni tagħha għall-bini ta’ l-ewwel incubation centre għall-artiġjanat f’Għawdex, li jinkludi wkoll estensjoni għaċ-Ċentru Għawdxi ta’ l-Arti u l-Artiġjanat ‘Wistin Camilleri’, f’Għajnsielem.

Dan il-proġett tal-Ministeru għal Għawdex huwa mmirat li jippromwovi l-qasam ta’ l-artiġjanat f’Għawdex, qasam li jista’ joffri iktar opportunitajiet ta’ xogħol fil-gżira. Il-proġett huwa ffinanzjat mill-Programm Strutturali għal Malta 2004-2006, speċifikament taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, bl-investiment ta’ madwar €800,000.

Il-proġett ta’ l-incubation centre se jinvolvi l-bini ta’ diversi units li se jintużaw mill-artiġjana lokali li jixtiequ jwaqqfu negozju tagħhom fl-artiġjanat f’Għawdex. Flimkien ma’ dawn il-units, il-proġett jaħseb ukoll għal diversi workshops, sala multi-purpose kif ukoll spazju amministrattiv għall-espansjoni taċ-Ċentru Għawdxi ta’ l-Arti u l-Artiġjanat ‘Wistin Camilleri’.

L-ewwel fażi ta’ dan il-proġett ġiet implimentata, inkluż l-analiżi tal-ħtiġijiet mekkaniċi u elettriċi tal-proġett sħiħ. Flimkien mal-parti infrastrutturali, dan il-proġett jinvolvi wkoll it-twettieq ta’ studju li jidentifika l-istruttura meħtieġa għaċ-ċertifikazzjoni ta’ l-artiġjanat lokali, liema studju intemm fl-aħħar xhur.

Iktar kmieni din is-sena, iċ-Ċentru ta’ l-Arti u l-Artiġjanat ‘Wistin Camilleri’ laqa’ applikazzjonijiet għal ħmistax-il kors fl-artiġjanat li se jinżammu fl-istess ċentru matul din is-sena akkademika, permezz ta’ fondi mill-Fond Soċjali Ewropew.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT  Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta

PR261952

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

More Press Releases Right arrow