Left arrow Go Back

Egħluq il-mitt sena tal-kompożitriċi Carmelina Zammit

pr0180
Date Icon 07/02/2006

Ġewwa r-residenza San Vincenz De Paul ittellgħet serata differenti minn dawk li mdorrijin naraw is-soltu f’din ir-residenza, hekk kif saret Lejla Mużiko-Letterarja biex tkun ċelebrata għeluq il-mitt sena tal-kompożitriċi Carmelina Zammit, mart il-poeta Ġorġ Zammit. Waqt din is-serata ttellgħu numru ta’ xogħlijiet li kienu komponuti mill-istess Carmelina Zammit, filwaqt li s-siltiet letterarji kienu ta’ Ġorg Zammit. L-arranġament mużikali hu ta’ Mro. Andrew Calleja.  

Din is-serata ġiet organizzata mill-ħaddiema ta’ l-RB2A bil-preżentazzjoni tas-Sur Ġorġ Peresso, filwaqt li d-direzzjoni kienet tas-Surmast Charles Pace, li hu wkoll ħaddiem ta’ l-istess Residenza.  

Preżenti għal din is-serata kien hemm ukoll l-Onor. Helen D’Amato, Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’, li f’kelmtejn ta’ l-okkazjoni awgurat lis-Sinjura Zammit, filwaqt li faħħret lill-ħaddiema tal-RB2A ta’ l-inizzjattiva tagħhom biex tellgħu din is-serata.  

“Dan juri biċ-ċar li filwaqt li l-prijorita’ tal-ħaddiema f’San Vincenz hija li jagħtu l-aħjar kura lill-anzjani, fl-istess ħin huma nkoraġġiti li jagħtu każ tal-ħajja soċjali tar-residenti” qalet is-Sinjura D’Amato.  Il-President ta’ Malta l-E.T. Edward Fenech Adami u s-Sinjura Mary Fenech Adami wkoll żaru lis-Sinjura Carmelina Zammit biex jawgurawla f’għeluq il-mitt sena tagħha.  

Carmelina Zammit twieldet Santa Venera fis-7 ta’ Frar 1906, lil Annunziata nee’ Calleja u Pio Cuschieri. Kienet r-raba’ minn familja ta’ sitt itfal. Hija żżewġet lill-poeta famuż Ġorġ Zammit fit-30 ta’ Lulju 1935 u kellhom żewġt ibniet Celine u Mariquita.  

Is-Sinjura Zammit kienet tieħu parti fil-kunċerti li kienu organizzati mill-Malta Cultural Institute, il-British Institute u anke waqt xi programmi fuq ir-Rediffusion. Hija kienet tkanta kemm biċċiet operistiċi kif ukoll biċċiet  ‘da camera’. Hija kkomponiet ħafna kanzunetti u żewġha Ġorġ kien jikteb il-lirika. Bosta minnhom saru popolari u kienu jitkantaw minn kantanti stabbiliti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

More Press Releases Right arrow