Left arrow Go Back

Il-Gvern m’għandux x’jaħbi dwar il-ħidma li hemm bżonn issir fil-qasam ta’ l-ambjent

pr0175
Date Icon 07/02/2006

Filwaqt li huwa kburi bit-titjib li sar fil-qasam tal-ambjent, il-Gvern jirrikonoxxi li għad hemm bżonn li ssir f’dan il-qasam.  Dan kompla jkun ikkonfermat bil-pubblikazzjoni tar-Rapport dwar l-Istat Ambjentali 2005.

Huwa ironiku kif il-Kelliema ta’ l-Oppożizzjoni f’nifs wieħed jgħidu li r-Rapport dwar l-Istat ta’ l-Ambjent huwa eżerċizzju ’ta’ propaganda partiġġjana bla sens’ mill-Gvern,  u fl-istess stqarrija jelenkaw numru ta’ oqsma li r-Rapport stess jindika bħala setturi fejn hemm bżonn li ssir aktar ħidma u investiment fis-snin li ġejjin.   

Wieħed jistenna li eżerċizzju ta’ propaganda jelenka biss l-affarijiet pożittivi iżda l-Gvern ried li dan ir-Rapport ikun wieħed li tassew iwassal biex jiġġenera diskussjoni kostruttiva dwar l-istat ta’ l-ambjent f’Malta u x’irid isir biex dan ikompli jissaħħaħ u jitjieb.   

Kif rikonoxxut mill-Oppożizzjoni nnifisha, il-Gvern ried li d-dokument jippreżenta l-informazzjoni b’mod li tinftiehem minn firxa akbar ta’ nies u ma jkunx biss dokument li jinteressa lill-esperti u lit-tekniċi.  Dan għaliex il-Gvern m’għandu xejn x’jaħbi dwar ir-realta’ preżenti u l-operat fis-settur ta’ l-ambjent.  

Il-Gvern itenni l-intenzjoni tiegħu li jxerred l-informazzjoni ambjentali bl-aħjar mod possibbli u fil-jiem li ġejjin se jitħabbru wkoll inizjattivi li se jippermettu biex id-dokument ikun aċċessibbli wkoll għat-tfal.  Dan minbarra proċess serju ta’ konsultazzjoni ma’ għaqdiet mhux governattivi (NGO’s) ambjentali u nies oħrajn ikkonċernati. 

Il-verita’ hi li r-Rapport dwar l-Istat Ambjentali jikkontrasta bil-kbir mad-dokument ta’ proposti ambjentali tal-Partit Laburista ppublikat ukoll fl-aħħar jiem.   Filwaqt li wieħed juri b’mod konkret is-setturi fejn irid isir progress, l-ieħor huwa biss elenku ta’ xewqat mingħajr ebda proposta konkreta ta’ kif dawn jitwettqu fil-prattika.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

More Press Releases Right arrow