Jum il-ħajja 2006 - Lejn kwalita` ta’ ħajja aħjar
Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħajja ta’ din is-sena, il-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali jixtieq li jiffoka b’mod speċjali fuq it-tema tal-Kwalita` tal-Ħajja. Il-ħajja hija rigal mill-isbaħ, iżda xi drabi jkun hemm ċirkostanzi, bħal faqar, id-diskriminazzjoni, il-vjolenza domestika u kif ukoll mard, kemm fiżiku jew mentali, li jnaqqsu l-kwalita` u d-dinjita` tal-ħajja umana.
F’dan il-Jum, li fih nirriflettu dwar il-valur tal-ħajja, l-ewwel ħsieb imur lejn it-tfal u ż-żgħażagħ. Messaġġ li dan il-Ministeru jixtieq jwassal f’dan il-Jum huwa dwar il-fostering. Dan hu ġest nobbli li qed jidħlu għalih ħafna familji, anke b’sagrifiċċju personali, u nixtiequ li f’pajjiżna jkompli jiżdied.
Minn statistika li għadha kemm inġabret mill-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali, nafu li mis-sena 2000 sa’ l-2005, in-numru ta’ tfal li huma f’foster care żdiedbi tliet darbiet.
Mod ieħor kif il-kwalita’ tal-ħajja tista’ titmermer huwa frott tal-abbuż mid-droga, l-alkoħol u vizzji oħra. Il-Ministeru għalhekk jixtieq irodd ħajr lil dawk l-agenziji kollha, kemm ta’ l-istat u wkoll mhux governattivi, għal-ħidma tagħhom f’dan il-qasam: mhux biss fil-kura iżda wkoll fil-prevenzjoni.
Il-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali jawgura wkoll lill-NGOs kollha li jaħdmu fil-kamp soċjali ħidma fejjieda sabiex ix-xogħol tagħhom tassew jikkontribwixxi għal ħajja aħjar tan-nies li jebbenefikaw mis-servizzi tagħhom.
Other Press Releases:
PR261951
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...
PR261950en