Left arrow Go Back

Malta tilqa’ bil-ferħ il-ftehim milħuq fuq ir-rati ta’ taxxa mnaqqsa fuq il-valur miżjud fuq ċerti servizzi

pr0157
Date Icon 03/02/2006

Malta tilqa’ b’sodisfazzjon il-ftehim milħuq bejn il-Membri ta’ l-Unjoni Ewropea li estenda l-possibilta’ li Stati Membri japplikaw rati mnaqqsa ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) fuq ċertu servizzi sal-31 ta’ Diċembru 2010.  Dan il-ftehim qiegħed jestendi l-esperiment Ewropew illi jnaqqas ir-rati tal-VAT bħala mezz biex ikattar ix-xogħol f’intrapriżi Ewropej u jirrifletti ukoll kif l-Unjoni Ewropea twassal sabiex pajjiżi b’ċirkostanzi differenti jirnexxielhom jilħqu ftehim fuq għan komuni u ta’ importanza għall-pajjiżi kollha fi ħdanha.  

Permezz tal-ftehim milħuq, Malta issa għandha d-dritt tapplika rati mnaqqsa ta’ taxxa fuq il-valur miżjud fuq żewġ kategoriji ta’ servizzi kif mniżżla f’Anness K tas-Sitt Direttiva dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (Direttiva 77/388/KEE):- tiswija ta’ oġġetti bħal roti, żraben u affarijiet oħra magħmula mill-ġilda, kif ukoll tiswijiet fuq ħwejjeġ, lożor u oġġetti tad-drapp użati fid-dar; tiġdid u rranġar ta’ djar privati, li pero’ jeskludi materjali użati li jagħmlu parti mdaqqsa mill-valur totali tax-xogħol; tindif ta’ twieqi u djar privati; servizzi ta’ għajnuna fid-djar, bħal għajnuna u kura fi djar lil tfal, xjuħ, morda u persuni b’diżabilita’; u qtugħ ta’ xagħar. 

Il-Gvern Malti huwa interessat japplika dan it-tnaqqis biex b’hekk ir-rati applikabbli ta’ VAT fuq tnejn minn dawn is-servizzi ikun ta’ 5 fil-mija minflok ir-rata normali ta’ 18 fil-mija. Dan ser isir bħala parti mir-riforma tas-sistema tat-taxxi illi l-Gvern nieda fil-bidu ta’ din is-sena.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

More Press Releases Right arrow