Left arrow Go Back

Is-sitwazzjoni fil-Pitkali Crates Ltd

pr0150
Date Icon 02/02/2006
Il-Ministeru għall-AffarijietRurali u l-Ambjent ta xahar ċans lit-tmexxija tal-Pitkali Crates Limited biex ittejjeb il-kwalità tal-ħasil tal-kaxxi li joħorgu mill-facilità,  għall-użu tal-bdiewa.
Il-PitkaliCrates Ltd hija kumpannija mmexxija minn numru ta’ għaqdiet u għandha ‘management agreement’ mal-Gvern li permezz tiegħu, tieħu persentaġġ mingħand il-Gvern fuq il-volum ta’ ħaxix li jgħaddi mill-Pitkalija għall-ħasil tal-kaxxi tal-ħaxix.
Il-Ministru,flimkien mad-Direttur ta’ l-Agrikoltura u ufficjali oħra, għamlu żjara dalgħodu fil-kumpless tal-Pitkalija f’Ta’ Qali, li jinkludi wkoll il-faċilità mmexxija mill-Pitkali Crates Ltd. Dan sar wara li fl-aħħar xhur waslu diversi lmenti fil-Ministeru, kemm minn bdiewa direttament, kif ukoll fuq il-mezzi tax-xandir, dwar il-fatt li ħafna mill-kaxxi qed joħorgu maħmuġin minkejja li suppost ikunu nħaslu.   Fil-fatt minn spezzjoni li saret mill-uffiċċjali tad-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura nstab li minn mitt kampjun, ‘il fuq minn 70 kaxxa kienu maħmuga.
Dinmhix l-ewwel darba li t-tmexxija tal-Pitkali Crates kienet imwissija biex terfa’ r-responsabbilta’ tagħha u tara li l-kaxxi jingħataw nodfa lill-bdiewa.  L-ewwel notifikazzjoni lill-Pitkali Crates Ltd intbagħtet fit-8 ta’ Gunju 2005 u wara rapport ieħor fil-ġurnali fil-jiem li għaddew, reġa’ ntalab rapport lill-kumpannija mid-Direttur ta’ l-Agrikoltura dwar l-operat, liema rapport għadu ma wasalx sal-lum.
Warali ra l-kwalita’ ħażina ta’ l-indafa tal-kaxxi li qed joħorġu mill-faċilita’, id-Direttur ta’ l-Agrikultura bagħat għall-wieħed mid-Diretturi li wasal ftit tal-ħin wara, ma’ Direttur ieħor ta’ l-istess kumpanija.  Huma ntalbu jagħmlu spezzjoni ta’ xi kaxxi li kienu lesti biex jinħarġu u jingħataw lill-bdiewa sabiex jikkonfermaw huma stess li l-kwalita’ tal-ħasil tal-kaxxi hija inaċċettabbli.
L-uffiċċjalital-Ministeru talbu li jaraw il-log book li juri n-numru ta’ spezzjonijiet fuq il-kaxxi tal-ħaxix li jsiru mill-management.  Dan il-log book ma kienx ippreżentat.  Il-Ministru talab li ssir laqgħa llum stess mad-Diretturi li jmexxu l-kumpannija Pitkali Crates Ltd.  Immedjatament wara ż-żewġ diretturi telqu ‘l barra mill-faċilità fejn jinħaslu l-kaxxi tal-ħaxix.
Illumstess f’ittra ffirmata mid-Direttur ta’ l-Agrikultura l-Pitkali Crates Ltd intalbet:

·        li tibda żżomm log book ta’ spezzjonijiet li jagħmel il-management; u

·        li dan il-log book ikun aċċessibli għall-management tal-Pitkalija.  

Sadanittant,id-Direttur ta’ l-Agrikoltura fl-istess ittra informa wkoll li l-management tal-Pitkalija ser iżomm id-dritt li jispezzjona l-operat tal-ħasil tal-kaxxi u se jagħti xahar żmien li fih isir assessment finali ta’ l-operat.
Waradan iż-żmien, tittieħed deċiżjoni finali dwar l-arrangament eżistenti bejn il-Gvern u l-Pitkali Crates Ltd.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

More Press Releases Right arrow