Left arrow Go Back

Proġett bi sħab mas-settur privat għall-organizazzjoni tal-Malta Jazz Festival

pr0135
Date Icon 31/01/2006
Il-Malta Jazz Festivalillum huwa parti fissa mill-kalendarju kulturali sajfi ta’ pajjiżna. Dan il-festival  huwa sinonimu mal-kwalita’ ta’ l-artisti li jieħdu sehem fih u ta’ mużika eċċezjonali. Huwa wkoll opportunita’ għal dawk li jħobbu l-mużika biex jiltaqgħu f’post mill-isbaħ, bħal ma hu taħt is-swar tal-belt fil-Port il-Kbir u hemm iqattgħu tliet serati japprezzaw l-arti mużikali.
Il-Malta Jazz Festivaldin is-sena se jsir  bejn il-21 u t-23 ta’ Lulju 2006.
Fil-preżenzatal-Ministru Francis Zammit Dimech, fil-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura llum ġie ffirmat ftehim bejn il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti u NnG Productions għall-organizazzjoni tal-Malta Jazz Festival.
Il-Ministru ZammitDimech qal li l-Malta Jazz Festival issa ilu jsir għal dawn l-aħħar  16-il sena u kiseb isem mhux biss mal-Maltin imma ukoll mal-barranin.
“Il-mużika jazz hijameqjusa bħala waħda mill-iżjed espressjonijiet mużikali raffinati u ta’ eċċellenza. Kburin li fil-passat ospitajna wħud mill-aqwa esponenti ta’ dan il-ġeneru. Irid hawn nirringrazzja lis-Sur Charles ‘City’ Gatt, tal-mod kif bena’ dan il-festival. Żgur li l-festival mexa ’l quddiem grazzi għad-dedikazzjoni u l-viżjoni tiegħu,”  tenna l-Ministru Zammit Dimech.
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura ħabbar li minn din is-sena,l-festival se jgħaddi f’idejn ġodda. Hu qal li għalkemm se jibqa’ festival tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti, il-festival se jiġi organizzat minn kumpanija li f’dawn l-aħħar snin ġabet kunċerti u artisti kbar lejn pajjiżna.
“Il-ħsiebtal-Gvern hu li fil-hidma tiegħu u ta’ l-entitajiet tiegħu jinvolvi kemm jista’ jkun lill-privat. Il-ġimgħa l-oħra ħabbart li l-Mediterranean Food Festival qed jiġi organizzat flimkien ma’ l-Eden Leisure Group. Huwa proprju dan li qed jiġri wkoll illum. Il-kumpanija NnG uriet matul is-snin il-kapaċità organizzativa, kapaċità li tiġbor udjenzi kbar u kapaċità li tinnegozja u tikkonkludi ma’ artisti ta’ fama mondjali,” tenna l-Ministru Zammit Dimech.
Il-Ministru qal lirridu li dan il-festival jkompli joffri opportunità lil artisti Maltin sabiex juru it-talenti tagħhom. Hu qal li rridu wkoll li dan il-festival, kif jiġri anke f’festivals ta’ dan ix-xorta barra minn pajjiżna, ikun mhux biss għal dawk li togħġobhom il-mużika jazz, imma wkoll għal udjenza li tiġi biex tisma’ ġeneru ta’ mużika oħra u fl-istess serata tisma’ mużika jazz. Hu tenna li b’hekk inkunu qegħdin inwessgħu l-udjenza għall-ġeneru tal-Jazz.
Il-Ministru ZammitDimech qal li min din is-sena, permezz ta’ l-Awtorità tat-Turizmu, se nsaħħu il-bejgħ ta’ dan il-festival barra minn xtutna. Hu qal li kien jemmen li dan il-festival għandu potenzjal qawwi sabiex jattira turisti lejn pajjiżna.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

More Press Releases Right arrow