Left arrow Go Back

IL-BORŻA TA’ STUDJU HAROLD SCOREY FIX-XANDIR

pr0133
Date Icon 31/01/2006
Din il-Borża ta’ Studju ġiet imwaqqfa bħala tifkira tal-ġurnalistaHarold Scorey li għal bosta snin kien Kap tat-Taqsima ta’ l-Aħbarijiet tar-Rediffusion u tal-Malta Television. Hija miftuħa għall-ġurnalisti kollha li jaħdmu jew li jixtiequ jaħdmu fix-xandir, kif ukoll għal dawk li huma nvoluti direttament f’dan il-qasam.
Il-Borża ta’ Studju tammonta għalLm3,000. Din trid tiġi utilizzata matul l-2006/2007 għal studju jew taħriġ marbut max-xandir f’xi Università jew Istituzzjoni rikonoxxuta barra minn Malta li t/jagħżel ir-rebbieħ/a stess. Panel maħtur apposta jeżamina l-applikazzjonijiet kollha u d-deċiżjoni tiegħu tkun finali.

Il-formoli ta l-applikazzjoni jinkisbu mingħand is-Sur Ray Micallef fid-Direttorat għall-Operat u Implimentazzjoni ta’ Programmi, Uffiċċju tal-Prim Ministru, filwaqt li għal aktar tagħrif wieħed jista’ jċempel fuq Tel. No. 22001512 jew 22001496, Fax No.  22001497 jew Email –raymond.micallef@gov.mt

Il-formoli ta’ l-applikazzjoni għandhomjintbagħtu f’envelopes issiġġillati u ndirizzati hekk:
Borża ta’ Studju Harold ScoreyDirettorat għall-Operat u Implimentazzjoni ta’ Programmi Uffiċċju tal-Prim MinistruBerġa ta’ Kastilja Il-Belt CMR 02

u għandhom jaslu fl-imsemmi Uffiċċju mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Marzu 2006.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow