Id-dokument dwar l-ambjent tal-Partit Laburista jikkonferma kemm l-Oppożizzjoni hija maqtugħa mir-realta’
pr0127
30/01/2006
| Jekk qatt kien hemm bżonn ta’ konferma ta’ kemm l-oppożizzjoni hija | maqtugħa mir-realta’, dan hu kkonfermat bl-aktar mod ċar mir-rapport li l-Partit Laburista ppublika dwar l-ambjent. |
| Id-dokument tal-Partit Laburista jonqos milli jgħid kif se jimplimenta l-proposti | tiegħu stess. Ironikament, f’għadd ta’ każijiet fejn il-Gvern ġie biex iwettaq l-istess proposti li huma mniżżla fid-dokument, sab l-oppożizzjoni tal-Partit Laburista. |
| Id-dokument jipprova jirkeb fuq għadd kbir ta’ inizjattivi li bħalissa | diġa’ qed isir xogħol fuqhom mill-Gvern u jippreżentahom bħala proposti ġodda. Barra minnhekk, id-dokument jipproponi wkoll numru ta’ inizjattivi li fil-qasam ta’ l-ippjanar iwasslu biex ireġġgħu l-arloġġ lura. |
| Min kiteb id-dokument, jew ma jafx b’dak li għaddej fis-settur ta’ l-ambjent, | jew irid jipprova jqarraq. Il-proposti tal-Partit Labursta m’huma xejn għajr ripetizzjoni ta’ inizjattivi li l-Gvern diġa’ qed jaħdem b’xogħol fuqhom. |
| L-elenku ta’ dawn l-inizjattivi huwa impressjonanti u | jinkludi: |
- l-introduzzjoni ta’ l-eko-kontribuzzjoni,
- ir-riabilitazzjoni tal-miżbliet,
- konformita’ mat-Trattat ta’ Kyoto, u
- ħidma mill-Kummissjoni Nazzjonali dwar Żvilupp Sostenibbli, li wasslet biex fil-ġimgħat li ġejjin tkun ippublikata Strateġija Nazzjonali dwar Żvilupp Sostenibbli.
Inizjattivi oħra jinkludu:
- l-importanza li qed tingħata lill-istudji agrikoli,
- għajnuniet mill-Unjoni Ewropea għall-art agrikola,
- għajnuna finanzjarja u korsijiet biex tkun imħarsa s-sengħa tal-bini tal-ħitan tas-sejjieħ,
- il-ħidma biex ikunu riveduti l-Pjani Lokali,
- ir-riabilitazzjoni tal-barrieri b’materjal iġġenerat mill-industrija tal-kostruzzjoni, u
- l-identifikazzjoni ta’ siti li joffru potenzjali għal reklamazzjoni ta’ l-art.
| Ir-reviżjoni ta’ l-Istrateġija Nazzjonali dwar l-Immaniġġjar ta’ l-Iskart | tinsab fi stadju avvanzat ħafna. It-trasparenza fil-ħidma tal-Gvern fis-settur ambjentali kienet riaffermata bil-pubblikazzjoni tar-Rapport dwar l-Istat ta’ l-Ambjent Malti għall-2005. |
| Il-Gvern għaddej ukoll b’ħidma biex jiżdied l-għarfien ambjentali u | f’dan il-kuntest qed tingħata importanza kbira lill-kunċett ta’ edukazzjoni ambjentali b’inizjattivi bħalma huma l-EkoSkola u t-twaqqif ta’ Green Leaders f’kull Ministeru u Aġenzija tal-Gvern, biex il-Gvern stess imexxi bl-eżempju. Għaddej ukoll eżerċizzju li permezz tiegħu, nies imħarrġa qegħdin imorru fid-djar biex jagħtu tagħrif dwar separazzjoni ta’ l-iskart. |
| Il-Gvern ħabbar ukoll numru ta’ inċentivi fuq prodotti li jħarsu l-ambjent, | bħalma hu l-bio-diesel, kif ukoll prodotti li jisfruttaw l-enerġija li ġejja mix-xemx. |
| Fuq kollox, id-dokument tal-Partit Laburista dwar l-ambjent iservi ta’ | paraventu biex l-Oppożizzjoni terġa’ tirriċikla proposti li wasslu għal diżastru fis-settur ta’ l-ippjanar ta’ l-iżvilupp f’pajjiżna. |
| Bl-iskuża ta’ riforma, l-Partit Laburista qed jipproponi li jekk ikun | fil-Gvern, jerġa jaħtaf f’idejh poteri li llum huma awtonomi u dan minkejja l-esperjenza negattiva li pajjiżna għadda minnha matul is-snin sebgħin u tmenin, meta kien il-Ministru li kien jiddeċiedi dwar l-iżvilupp f’pajjiżna. |
| Matul id-diskors tiegħu fil-Konferenza Ġenerali Annwali tal-Partit | Laburista, l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni l-Onor. Dr. Alfred Sant semma erba’ punti ta’ priorita’ għall-Partit Laburista fil-qasam ta’ l-ambjent. Minbarra l-MEPA, hu semma l-widien, l-inċineratur ta’ l-isptar u t-twaqqif ta’ ċentru biex jilqa’ fih l-annimali domestiċi. |
| Fis-settur tal-ħarsien tal-widien għaddejja ħidma kbira mill-Ministeru għar-Riżorsi | u l-Infrastruttura biex dawn jitnaddfu u jkunu mħarsa. Il-proċess biex isir l-inċineratur ta’ l-isptar jinsab f’fażi fejn saret ’shortlisting’ u issa se jibdew it-taħdidiet ma’ dawk konċernati. |
| Fir-rigward taċ-ċentru għall-ħarsien ta’ l-annimali, l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni | messu jaf li l-Gvern diġa identifika sit għal dan il-għan f’Ta’ Qali; u li bdew ukoll taħdidiet ma’ għaqdiet li jaħdmu favur l-annimali biex dan il-proġett jitwettaq. Huwa ironiku li l-Kelliem ta’ l-Oppożizzjoni dwar l-Agrikoltura kkritika lill-Gvern dwar is-sit li għażel għal dan l-iskop. |
| Dan huwa l-baħħ tal-politika li qed tipproponi l-Oppożizzjoni. Għall-kuntrarju | l-Gvern għaddej bi programm ta’ ħidma fil-qasam ta’ l-ambjent, li bil-fatti, tpoġġa fuq quddiem nett tal-ħidma tal-Gvern. Il-Gvern jibqa’ impenjat li jfassal ‘policies’ għal dan is-settur li jassiguraw kwalita’ ta’ ħajja aħjar għall-poplu kollu, filwaqt li jiggarantixxi żvilupp sostenibbli għall-ġenerazzjonijiet futuri. |
Other Press Releases:
PR261950en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...
PR261950