Il-proposta għall-engineered landfill ta’ l-Għallis
pr0126
30/01/2006
Is-sit tal-Għallis li ntgħażel biex fih tkun żviluppata engineered landfill għandu potenzjal biex fih jilqa’ skart għal 20 sena. Madanakollu l-area fis-sit li dwarha sar ir-Rapport dwar l-Impatt Ambjentali (EIA) hi ta’ 20 ettaru li toffri potenzjal biex fiha tilqa’ skart għall-ewwel seba’ snin.
Dan qed isir għal żewġ skopijiet ewlenin:
- l-ewwelnett biex il-Gvern ma jikkommettix minn issa medda kbira ta’ art;
- it-tieni raġuni hi li hu ppjanat li eventwalment jitwaqqfu mpjanti oħra li jittrattaw parti mill-iskart iġġenerat kull sena, bħalma se jkun l-impjant modernizzat ta’ Sant’Antnin.
| F’dan il-kuntest, ta’ min ifakkar li anke l-Kummissjoni Ewropea għaddejja | bi sforzi biex l-Istati Membri jnaqqsu l-iskart li jmur fil-landfills. Għalhekk, il-Kummissjoni qed tobbliga anke lil Malta, li fi żmien stipulat, trid twaqqaf faċilitajiet li jittrattaw l-iskart qabel ma dan imur fil-landfills. Dan il-fatt ġie kkunsidrat fir-reviżjoni ta’ l-Istrateġija Nazzjonali dwar l-Immaniġġjar ta’ l-Iskart, li mistennija tkun lesta dalwaqt u li abbozz tagħha mistenni jkun ippublikat għal konsultazzjoni pubblika fi żmien qasir. |
| Minħabba r-realta’ ta’ Malta, kull sforz għandu jsir biex mill-iskart | tkun iġġenerata enerġija. |
| Ta’ min jgħid li l-proposta għall-iżvilupp ta’ engineered landfill fl-Għallis tinkludi t-tqattiegħ ta’ 1.2 | miljun metru kubu ta’ ġebla tal-franka li nofsu, se jintuża fuq is-sit innifsu filwaqt li n-nofs l-ieħor mistenni jintuża fl-industrija tal-kostruzzjoni. Fl-Għallis se ssir landfill għall-iskart mhux perikoluż, li hu primarjament skart domestiku u skart ieħor iġġenerat minn entitajiet kumerċjali. |
| Fl-Għallis se ssir ukoll landfill | għal ċertu tipi ta’ skart perikoluż u se tinbena faċilita’ għat-trattament ta’ skart perikoluż. Fiż-żewġ każijiet, dan għandu jwassal biex issir il-ħażna u t-trattament ta’ massimu ta’ 13,000 tunnellata ta’ skart fis-sena. |
| Ġaladarba l-engineered landfill | tieqaf tintuża, s-sit ikun riabilitat u tingħata attenzjoni partikolari biex jitneħħa kull impatt, inkluż dak viżiv fuq l-inħawi. |
Other Press Releases:
PR261950en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...
PR261950