L-ITS t’Għawdex jipparteċipa fi proġett Comenius barra minn Malta
Rappreżentanti taċ-ċentru ta’ l-Istitut ta’ Studji Turistiċi (ITS) tal-Qala, Għawdex, għadhom kemm irritornaw minn sessjoni intermedjarja f’Ercolano l-Italja, attivita’ li ġiet organizzata mill-Istituto Superiore A Tilgher bħala parti mill-proġett Comenius intitolat “Preservazzjoni tal-valuri kulturali permezz ta’ edukazzjoni turistika”.
Din it-tieni attivita’ ssegwi l-attivita’ preċedenti f’Antalya, it-Turkija, f’Novembru li għadda, li ġiet organizzata mill-istituzzjoni li kkordinat il-proġett, Antalya Koleji, u li fiha ħadu sehem studenti u għalliema miċ-ċentru ta’ l-ITS Qala, l-Istituto Superiore A Tilgher (Italja), u l-Istituto Santiago Hernandez minn Zaragoza (Spanja). Fit-Turkija ġew organizzati żjajjar edukattivi u kulturali kif ukoll workshops immirati lejn l-identifikazzjoni ta’ differenzi bejn il-prodott turistiku “standard” u l-prodott ideali, ibbażat fuq il-valuri kulturali, tradizzjonali u ambjentali tal-lokalita’.
Is-sessjoni ta’ l-Italja kienet tinkludi laqgħat u diskussjonijiet dwar il-ħidma li saret s’issa u ffukat primarjament fuq it-tieni sena ta’ l-implimentazzjoni tal-proġett. L-introduzzjoni tal-parteċipanti minn ITCT Sebastiano Satta ta’ Sardinja hija mistennija li tagħti valur ikbar lill-proġett. Il-parteċipanti ttieħdu fuq żjajjar gwidati f’Napli, Caserta, l-iskavi f’Ercolano u l-kosta ta’ Amalfi.
It-tielet sessjoni li tinvolvi s-sehem ta’ studenti u għalliema ta’ l-ITS Qala flimkien ma’ l-istituti edukattivi l-oħra se ssir f’Zaragoza fi Spanja f’Mejju 2006.
Other Press Releases:
PR261950en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...
PR261950