Jinħareġ il-permess għall-bini ta’ skola ġdida f’Tal-Ħandaq - Ix-xogħol mistenni jibda x-xahar id-dieħel
pr0104
26/01/2006
| Dalgħodu | l-MEPA approvat il-bini ta’ skola ġdida f’Tal-Ħandaq limiti ta’ Hal Qormi. Il-pass li jmiss issa hu li jibda l-bini ta’ l-iskola, li mistenni jitlesta f’perjodu ta’ sentejn u b’investiment ta’ madwar 3 miljun lira. Din l-iskola se tkun ta’ l-istess kwalitá tal-Kulleġġ San Benedittu li l-Gvern bena’ f’Ħal Kirkop. |
| Xi | snin ilu l-Gvern kien iddeċieda li din l-iskola, li fil-bidu tas-snin tmenin bdiet topera minn bini użat fi żmien l-Ingliżi, m’għadhiex addattata biżżejjed għaż-żminijiet tal-lum. Il-pjanti l-ġodda saru mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada (FTS). Filwaqt li tkun qed tinbena l-iskola l-ġdida, tkun tista’ tibqa’ topera l-iskola li hemm fil-preżent. |
| L-applikazzjoni | għall-bini ta’ l-iskola ġdida kienet ġiet sottomessa lill-MEPA fl-10 ta’ Mejju 2005. Fl-applikazzjoni intalab permess biex tinbena skola li tkun tinkludi klassijiet, laboratorji, technology workshops u faċilitajiet oħra. Huwa mistenna li l-iskola tkun tinkludi wkoll faċilitajiet sportivi. F’Ottubru 2005, ħareġ ir-riżultat tal-Monitoraġġ ta’ l-Arja fejn irriżulta li l-kwalitá ta’ l-arja hija tajba u skond standards aċċettati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u ta’ l-Unjoni Ewropea. |
| F’Novembru | 2005 l-MEPA tat indikazzjoni pożittiva dwar l-applikazzjoni u b’hekk l-istatus ta’ l-applikazzjoni sar wieħed għal żvilupp sħiħ. |
| Fi | ftit ġimgħat oħra l-FTS se tissottommetti applikazzjoni oħra lill-MEPA biex jinbeda parkeġġ għall-karozzi u jsir xogħol ta’ landscaping. Se tinbena wkoll triq ġdida madwar l-iskola minflok dik li hemm bħalissa li taqsam l-iskola. B’dan il-mod se jitnaqqas il-periklu ta’ karozzi li jgħaddu minn postijiet fejn normalment ikun hemm l-istudenti. |
| Barra | l-Kulleġġ il-ġdid San Benedittu u l-iskola f’Tal-Ħandaq fix-xhur li ġejjin mistenni jinbeda wkoll xogħol fuq l-Iskola tal-Verdala. Għaddej ukoll ix-xogħol preparatorju fuq skola sekondarja ġdida fil-Mosta u skola primarja ġdida f’Pembroke. Sa mit-twaqqif tagħha, l-Gvern investa, permezz ta’ l-FTS, mas-16-il miljun Liri Maltin f’xogħlijiet ta’ manutenzjoni u bini fl-iskejjel tiegħu u fl-istess ħin stabilixxa standards ġodda kif jinbnew u jiġu rinovati skejjel b’tali mod li jsiru skejjel ta’ għada. |
Other Press Releases:
PR261950en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...
PR261950