Żieda qawwija fid-dħul tas-sajjieda fis-sena 2005
Is-sajjieda Maltin u Għawdxin kellhom żieda sostanzjali fid-dħul tagħhom matul is-sena li għaddiet. Din iż-żieda fid-dħul kienet konfermata fl-istatistika maħruġa llum mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika.
Meta wieħed iqis is-sena li għaddiet kollha, isib li d-dħul tas-sajjieda mill-ħut maqbud żdied bi kważi 36% fuq is-sena ta’ qabel. Din tfisser żieda ta’ aktar minn Lm651,000.
L-istatistika tirreferi wkoll għall-aħħar kwart ta’ l-2005 li turi li meta mqabbel ma’ l-istess perjodu fl-2004, is-sajjieda kellhom żieda fi dħul aktar, ta’ madwar 50%. Din iż-żieda kollha fl-2005 kienet dovuta għall-kwantita’ akbar ta’ tonn u pixxispad li ġabu prezzijiet ferm aħjar mis-sena ta’ qabel.
Il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, l-Onor. George Pullicino tenna s-sodisfazzjon tiegħu għal din iż-żieda fid-dħul tas-sajjieda u qal li dan għandu jimlihom bil-kuraġġ biex iħarsu lejn il-futur b’ottimiżmu.
Hu qal li l-Gvern jibqa’ impenjat li jassigura futur sostenibbli għas-sajjieda u għall-industrija tas-sajd in ġenerali.
Other Press Releases:
PR261950en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...
PR261950