LAQGĦA TA' KONSULTAZZJONI
Skond il-Politika Nazzjonali dwar ix-Xandir il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Kultura huwa responsabbli għall-flus li l-Gvern jagħti lill-PBS għall-programmi meqjusa taħt l-Extended Public Service Obligation. Dan jgħabbi lill-Ministeru bir-responsabbiltà li jfassal lista dettaljata tal-ħtiġiet fil-qasam tal-programmar EPSO (Extended Public Service Obligation). Din il-lista tinkludi l-ġeneri tal-programmi, il-frekwenza ta' meta jixxandru u, jekk meħtieġ, it-tul tat-trasmissjoni ta' kull programm li jeħtieġ il-Ministeru.
Biex iħejji din il-lista l-Ministeru jrid jikkonsulta lill-pubbliku in ġenerali, produtturi indipendenti, edukaturi, opinjonisti u oħrajn. Il-Ministeru qed iniedi proċess ta' konsultazzjoni wiesgħa li jinkludi laqgħa ta' konsultazzjoni li ser tinżamm nhar il-Ħamis 26 ta’ Jannar, 2006 fid-9.30 am fiċ-Ċinema tal-Kavallier ta’ San Ġakbu Ċentru għall-Kreattività, Valletta.
Dawk li jixtiequ jattendu għal din il-Laqgħa ta’ Konsultazzjoni għandhom javżaw lill-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura fuq it-telefon: 2298 1207. Min ma jistax jattendi għal din il-laqgħa jista’ jibgħat il-kummenti tiegħu lill-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura, Berġa ta’ l-Italia, Triq il-Merkanti, Valletta.
Other Press Releases:
PR261950en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...
PR261950