L-importanza li kull attivita` kummerċjali jkollha liċenzja tan-negozju
“Huwa dmir u obbligu ta’ kull min jagħmel attivita` kummerċjali li jkollu liċenzja tan-negozju. Min jagħmel fiera kummerċjali, hi taħt liema sura hi, ukoll għandu bżonn ta’ liċenzja tan-negozju.” Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-SelfEmployed, Edwin Vassallo qal dan waqt laqgħa li kellu ma’ sidien ta’ negozju fil-lokalita` tal-Pieta`. Din il-laqgħa kienet l-ewwel minn serje ta’ laqgħat li qegħdin jigu organizzati biex jiġu spjegati aħjar l-emendi li saru fil-legislazzjoni dwar il-liċenzji tan-negozju.
L-Onor. Edwin Vassallo kompla jispjega li “il-liċenzja tan-negozju hija marbuta mas-sit minn fejn issir l-attivita` kummerċjali, iżda min jaħdem fit-triq bħala street jew market hawker jista’ japplika biex jieħu l-liċenzja partikolari għal dan it-tip ta’ negozju. Il-liċenzja tan-negozju tkun mogħtija fuq is-sit u tkun marbuta ma’ dak is-sit partikolari minfejn tkun qed tiġi ġestita l-attivita` kummerċjali, filwaqt li l-liċenzji għall-bejjiegħa mit-triq huma liċenzji personali marbuta mal-persuna li tagħmel dak in-negozju.
| “Min | jagħti servizz, u li x-xogħol tiegħu mhuwiex marbut ma’ sit/bini partikolari, jista’ japplika wkoll għal liċenzja ta’ reġistrazzjoni ta’ attivita` kummerċjali. Min għandu maħzen fejn izomm il-prodotti tiegħu u li ma jagħmilx attivita` kummerċjali minnu, m’għandux bzonn ta’ liċenzja tan-negozju għal dak il-maħzen. |
| “Huwa | importanti li niftakru wkoll li, kull min qiegħed jiġġestixxi negozju: (i) għandu bzonn li jkun reġistrat mad-Dipartiment tal-VAT. Ir-reġistrazzjoni tal-VAT mhix marbuta ma’ sit u trid issir min dawk kollha li jagħmlu attivita` kummerċjali, anke jekk ikunu qegħdin jagħtu servizz. (ii) Kull persuna li tagħmel attivita` kummerċjali trid tkun ukoll reġistrata ma’ l-ETC. Għalhekk, it-Trade Liċensing Unit qiegħed iservi bħala one-stop-shop biex min japplika għal liċenzja jew biex ibiddel liċenzja tan-negozju, fl-istess uffiċju jkun jista’ jimla’ l-formola ta’ l-ETC magħrufa bħala l-engagement form. |
| “Il-liċenzja | tan-negozju hi forma ta’ karta ta’ l-identita` għal kull negozju. Il-liċenzja tagħti informazzjoni dwar l-attivita` kummerċjali. Dan ma jfissirx li kull min għandu liċenzja tan-negozju jista’ jagħmel li jrid. Xorta waħda jrid iżomm mal-kundizzjonijiet ta’ Awtoritajiet u Entitajiet oħra. |
| “Huwa | importanti wkoll li niftakru li reġistrazzjoni ta’ kumpanija ma’ l-MFSA ma tfissirx liċenzja tan-negozju, u kumpannija rreġistrata, kemm-il darba tkun qed tagħmel attivita` kummerċjali minn ġo xi bini, xorta waħda trid tapplika għal-liċenzja tan-negozju.” |
| Biex | jiċċara xi dubbji li setgħu kellhom dawk prezenti, is-Segretarju Parlamentari Vassallo spjega li dik li llum qegħdin nirreferu għaliha bhala liċenzja tan-negozju, fi zmien meta din kienet f’idejn il-Pulizija kienet magħrufa bħala l-permess tal-Pulizija. L-Onor. Vassallo spjega li l-liċenzja l-antika għadha tgħodd, iżda min jixtieq jaqleb għas-sistema l-ġdida jista’ jagħmel dan faċilment billi jimla’ formola għand it-Trade Liċensing Unit. |
| Is-Segretarju | Parlamentari spjega wkoll il-kriterji biex tinħareġ liċenzja tan-negozju. Huwa qal li “biex tkun tista’ tapplika għal liċenzja tan-negozju hemm bzonn il-kunsens ta’ sid il-kera (fil-kaz li s-sit ikun mikri), u l-permess ta’ żvilupp maħrug mill-MEPA li f’dak il-post tista’ ssir attivita` kummerċjali.” |
| Fit-tmiem | il-laqgħa, is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo qal li “huwa l-impenn tal-ħidma tagħna li nagħmluha faċli kemm jista’ jkun biex wieħed japplika u jikseb il-liċenzja tan-negozju. B’hekk qegħdin innaqqsu l-kompetizzjoni nġusta bejn dawk li qegħdin joperaw minn negozju organizzat u leċitu, u dawk li qegħdin jagħmlu negozju bil-moħbi. Ma ninsewx li huwa ta’ detriment għall-konsumatur li jmur jixtri mingħand min ikun qiegħed jagħmel negozju bil-moħbi. Il-konsumatur ikun qiegħed jiċħad id-drittijiet kollha tiegħu. Għalhekk, li jkollna sistema dejjem aktar faċli li toħrog il-liċenzja tan-negozju huwa pass tajjeb biex in-negozji tagħna jkunu aktar organizzati. Minn din il-ħidma, igawdu kemm sid in-negozju, kif ukoll il-konsumatur.” |
Other Press Releases:
PR261950en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...
PR261950