Left arrow Go Back

Fil-jiem li Ġejjin jintemm ix-xogħol infrastrutturali fiz-Żona industrijali tal-Mosta F’Targa Gap

pr0048
Date Icon 16/01/2006
“Mhumiex ġustimal-fatti, l-kummenti li saru mill-media tal-Oppozizzjoni dwar xogħol li għad irid isir fi triq waħda fiż-żona industrijali tal-Mosta.  Huwa minnu li x-xogħol ta’ asfaltar f’parti minn Triq Sir Arthur Borton għadu ma sarx, iżda qegħdin nistennew li l-kuntrattur jara li jagħmel ix-xogħol, ladarba t-temp ikun jippermetti.  Wieħed irid jara f’dik iż-żona partikolari x’sar, u llum nista’ ninnota b’sodisfazzjon partikolari li x-xogħol f’dik iż-żona wasal biex jitlesta.”  Dan qalu s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Kompetizzjoni u l-Komunikazzjoni, l-Onor.  Edwin Vassallo fi stqarrija dwar ix-xogħlijiet li qegħdin isiru fiż-żona industrijali tal-Mosta.
L-Onor. Vassallo kompla billi ta dettaljitax-xogħol li sar s’issa.  Huwa qal li “fiz-Żona Industrijali tal-Mosta, f’Tarġa Gap biss, saru erbatax-il triq ġdida u ntefqet spiża totali ta’ l-fuq minn nofs miljun Lira Maltin.  B’kollox ser ikunu saru b’ 16,600 metru kwadru ta’ tarmak u ser ikunu nbnew b’2.1 kilometri ta’ bankini ġodda.  Inbniet electrical substation ġdida, ġew iċċirkondati b’ħitan dawk l-ispazji ta’ art li għadhom mhux żviluppati, inbniet pompa tad-drenaġġ ġdida, u ġiet mgħoddija sistema ta’ storm water culverts minn diversi toroq.  Twaħħlu wkoll l-ismijiet tat-toroq, ġiet installata sistema ta’ street lighting, u twaħħlu diversi sinjali tat-traffiku.  Hekk kif sar fiz-żoni ndustrijali ta’ l-Imrieħel, il-Ħandaq u Ħaż-Żebbug, fil-Mosta ġew investiti eluf ta’ liri f’servizzi ġodda ta’ l-ilma, u tad-drenaġġ.  Fil-fatt, xejn inqas minn 94 sid ta’ negozju għall-ewwel darba seta’ jitwasslilhom is-servizz tad-drenaġġ sal-bieb tagħhom u ma jibqgħux bis-sistema tal-fossa.
“Fil-jiem li ġejjin ser inkunu qednispiċċaw ix-xogħlijiet infrastrutturali li fadal isiru fil-Mosta, iżda fl-istess ħin qegħdin nassiguraw li x-xogħol kollu jsir kif suppost, u taħt is-sorveljanza kontinwa tas-Segretarjat tiegħi u ta’ l-ADT.  Fejn ix-xogħol ma jkunx qed isir kif mitlub, dan qed jitwaqqaf u jekk ikun il-każ, il-kuntrattur qed jiġi mitlub jirregola ruħu.  Issa qegħdin nistennew biss li t-temp jippermetti, sabiex inkunu nistgħu nikkonkludu x-xogħlijiet pendenti li fadal isiru, u filwaqt li nirringrazzja lill-istess sidien tan-negozji tal-koperazzjoni li dejjem urew tul iż-żmien li kienu qed isiru dawn ix-xogħlijiet, nappella sabiex issa li din iż-żona bdiet tieħu r-ruħ, inkunu kapaċi li flimkien inżommuha nadifa u organizzata, għaliex huwa fatt li l-indafa tgħinek taħdem aħjar”, temm il-messaġġ tiegħu s-Segretarju Parlamentari Vassallo.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow