GĦAJNUNA FINANZJAJRA LILL-GĦAQDIET MHUX GOVERNATTIVI GĦAWDXIN
Il-Gvern jagħti importanza ferm lill-għaqdiet mhux governattivi Għawdxin tant li mhux biss ħoloq assoċjazzjoni li tiġbor fiha lil kull membru reġistrat f’Għawdex imma wkoll jiddiskuti magħha l-proġetti kollha kapitali ta’ ċertu importanza li jsiru jew ikunu ppjanati biex isiru f’Għawdex permezz tar-rappreżentanza tagħha fil-Kumitat Reġjonali għall-Proġetti f’Għawdex.
Dan qalitu l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, waqt il-laqgħa ġenerali annwali ta’ l-Assoċjazzjoni għall-Għaqdiet Mhux Governattivi Għawdxin. Waqt l-istess okkażjoni l-Ministru Debono ppreżentat assistenza finanzjarja lill-istess għaqdiet li ta’ kull sena jagħti l-Ministeru għal Għawdex.
Il-Ministru Debono tkellmet dwar is-sehem ta’ l-għaqdiet mhux governattivi, li lkoll għandhom element ta’ volontarjat qawwi, f’Għawdex. Hija qalet li l-ħidma ta’ dawn l-għaqdiet tinfirex fuq l-aspetti soċjali, kulturali, filantropiċi u oħrajn. Il-Ministru Debono qalet li s-sehem ta’ dawn l-għaqdiet, permezz ta’ l-Assoċjazzjoni, hija importanti mhux biss mil-lat soċjali imma anke f’inizjattivi amministrattivi għal Għawdex. Il-Ministru Debono qalet li mhux biss il-Ministeru għal Għawdex jikkonsulta ma’ l-Assoċjazzjoni għall-Għaqdiet Mhux Governattivi dwar proġetti li għalihom il-Ministeru jkun akkwista fondi mill-Unjoni Ewropea, imma anke fit-tfassil ta’ studji ta’ ċertu importanza għal Għawdex, bħall-Pjan għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali t’Għawdex, il-kontribut li taw dawn l-għaqdiet kellu importanza kbira.
Fi tmiem il-laqgħa ġenerali annwali, il-Ministru Debono qassmet għotjiet lil 91 għaqda Għawdxija
Other Press Releases:
PR261950en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...
PR261950