Left arrow Go Back

GENITURI JIPPREŻENTAW PETIZZJONI LILL-MINISTERU TA’ L-EDUKAZZJONI DWAR  IL-MATSEC U L-FACILITATORS

pr0036
Date Icon 12/01/2006
Dalghodu zewg gruppi ta' genituri pprezentaw petizzjonilill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni dwar zewg kwistjonijiet separati, imma t-tnejn relatati ma' l-edukazzjoni inkluziva: wahda dwar l-arrangamenti specjali fl-ezami tal-Matrikola; u l-ohra dwar 'facilitators' ghat-tfal bi bzonnijiet specjali.
Dwar il-kwistjoni ta' l-arrangamenti specjali ghall-istudenti lijaghmlu l-ezami tal-MATSEC, is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru iltaqa' mad-delegazzjoni tal-genituri biex jifhem ahjar l-ilmenti taghhom. Hu fehem x'kienu l-punti li kienu qed iqajjmu l-genituri u dawn se jitpoggew ghall-attenzjoni tal-Bord u l-Amministrazzjoni tal-MATSEC.
Il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni jfakkar li dwar is-suggett ta' l-arrangamentispecjali ghall-istudenti f'dawn l-ezamijiet tkellmu zewg rapporti ikkummissjonati mill-Ministeru, jigifieri: " r-Rapport Spiteri dwar l-Edukazzjoni Inkluziva u Specjali, u " r-Rapport Grima dwar l-ezamijiet tal-MATSEC.
Dawn iz-zewg dokumenti li gew publikati ftit gimghat ilu u jinsabu fistadju ta' konsultazzjoni pubblika, tant li nhar it-Tlieta 31 ta' Jannar se jkun hemm konsultazzjoni pubblika dwar ir-rapport tal-MATSEC fil-lukanda Dolmen il-Qawra, u li se tkun qed tixxandar live fuq Channel 22. Il-punti li qed iqajjmu dawn il-genituri se jitqanqlu wkoll f'din id-diskussjoni.
Il-Ministeru ifakkar li l-ezamijiet tal-MATSEC huma amministrati ummexxija b'mod awtonomu mill-Universita' ta' Malta u d-decizjonijiet jittiehdu mill-bord tal-MATSEC.
Dwar il-kwistjoni ta' 'facilitators' fi skola primarja, id-DiretturGenerali ta' l-Edukazzjoni ltaqghet ma' rapprezentanza tal-genituri biex tisma l-ilmenti taghhom. Irrizulta li ufficjali tad-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni kienu digĂ  marru fl-iskola kmieni filghodu biex flimkien mal-Kap ta' l-iskola, jiddiskutu l-problemi li kienu qed jinqalghu bl-iskop li tinstab soluzzjoni.
Tajjeb wiehed jispjega li filwaqt li fi klassi tal-primarja jista'jkun hemm massimu ta' 30 tifel u tifla, meta ikun hemm studenti li ghandhom xi dizabilitĂ  u jkollhom il-'facilitator', il-massimu ta' l-istudenti f'din il-klassi ikun ta' 26 tifel u tifla. Fl-ewwel sena tal-primarja fl-iskola msemmija hemm erba' klassijiet li ghandhom 25, 25, 26, 24 tifel u tifla rispettivament. F'wahda mill-klassijiet hemm zewg studenti li ghandhom l-ghajnuna ta' 'facilitator' (shared), fi klassi ohra hemm 'facilitator' ma' student wiehed u fi klassi ohra hemm zewg studenti li ghandhom 'facilitator' kull wiehed, l-ahhar klassi m'ghandiex studenti bil-'facilitators'. Il-Ministeru jfakkar li l-assenjazzjoni tal-'facilitators' issir minn Board li jagixxi fuq parir professjonali u ta' esperti fil-qasam.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow