Left arrow Go Back

Rapport dwar il-Ħidma u l-Attivitajiet ta’ l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika 2005

pr0030
Date Icon 12/01/2006

L-Awditur Ġenerali ppreżenta lill-iSpeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, l-Onor. Anton Tabone, ir-Rapport Annwali dwar il-Ħidma u l-Attivitajiet ta’ l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) għas-sena 2005. 

Ir-rapport jibda billi jagħti tagħrif għall-qafas leġislattiv fit-twaqqif ta’ l-NAO.  Ir-rapport jiddeskrivi l-istruttura ta’ l-Uffiċċju u d-diversi tipi ta’ xogħlijiet ta’ verifika li jsiru.  Dawn huma relatati sew ma’ verifika ta’ Regolarita’, verifika fuq l-effettivita’, l-effiċjenza u l-ekonomija ta’ ċerti attivitajiet governattivi, u każijiet ta’ verifika speċifiċi li jkunu twettqu f’isem il-Kumitat Permanenti Dwar il-Fondi Pubbliċi tal-Kamra tar-Rappreżentanti.  

Ir-Rapport jiddeskrivi b’mod prominenti r-relazzjonijiet li għandu l-Uffiċċju mal-Kamra tar-Rappreżentanti, l-iżjed fejn jidħol il-Kumitat Permanenti Dwar il-Fondi Pubblici. Dan il-Kumitat, li huwa wieħed mill-Kumitati Permanenti tal-Kamra, jeżamina r-rapporti tal-Awditur Ġenerali.  Kumitat Permanenti ieħor, dak dwar il-Kontijiet ta’ l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, kien twaqqaf bil-ligi ta’ l-Awditur Ġenerali u l-Uffiċċju  Nazzjonali tal-Verifika.  Dan il-Kumitat jeżamina l-estimi tal-baġit li l-Awditur Ġenerali jħoss li jkollu bżonn sabiex jilħaq il-mandat ta’ l-uffiċċju tiegħu. Il-Kumitat jappunta wkoll awditur indipendenti u kwalifikat biex jivverifika l-kontijiet tal-NAO.   

Ir-rapport jagħmel referenza ukoll għall-Kodiċi ta’ Etika ta’ l-NAO u l-linji ta’ gwida li bihom il-membri ta’ l-Uffiċċju jwettqu xogħolhom.  Jagħti dettalji wkoll dwar kif huwa organiżżat l-NAO, iħares lejn l-iżviluppi li kien hemm f’dak li hu ċaqliq ta’ l-istaff, kwalifiċi, reklutaġġ u taħriġ f’Malta kif ukoll barra. Hemm ukoll tagħrif dwar il-ħidma li qed iwettaq biex issaħħaħ il-funzjoni ta’ lnformazzjoni Teknoloġika fi ħdan l-NAO. 

Ir-relazzjonijiet bi-laterali u multi-laterali internazzjonali ta’ l-Uffiċċju ma’ Istituzzjonijiet Supremi ta’ Verifika u organizzazzjonijiet oħra barranin huma wkoll spjegati fid-dettal f’dan ir-Rapport. Dan fih wkoll informazzjoni dwar l-attivitajiet kollha li fihom ipparteċipa l-NAO, kemm f’pajjiżna kif ukoll barra minn Malta. 

L-Awditur Ġenerali jirraporta li ngħata l-informazzjoni u l-ispjegazzjonijiet li talab fit-twettiq ta’ ħidmietu. Jgħid ukoll li d-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea ġab miegħu sa ċertu punt, diversi bidliet, żviluppi kif ukoll sfidi ġodda.  Jirrikonoxxi wkoll il-kontribut u d-dedika tal-impjegati kollha għall-assistenza tagħhom fit-twettieq tal-mandat tiegħu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow