During this week a Conference on Cybercrime: ‘Fostering Co-operation within the Mediterranean’ was hosted by the Ministry for Justice and Home Affairs. The delegations participating represented the ‘Conference of Ministers of the Interior of the West Med
Il-Prim Ministru llum ħalla Malta għar-Russja fejn se jipparteċipa fis-summit bejn l-Unjoni Ewropea u r-Russja. Waqt dan is-summit mistenni li jigi diskuss it-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn ir-Russja u l-Unjoni Ewropea kif ukoll affarijiet ta’ materja komuni. Malta kienet mistiedna tipparteċipa f’dan is-summit għall-ewwel darba bħala pajjiż li se jissieħeb fl-Unjoni Ewropea fit-tkabbir li jmiss fl-1 ta’ Mejju 2004.
Il-Prim Ministru ġie wkoll mistieden mill-President Russu Vladimir Putin biex jipparteċipa fiċ-ċelebrazzjonijiet li se jsiru fl-okkażjoni tat-300 anniversarju ta’ St.Petersburg.
Il-Prim Ministru se jkun akkumpanjat mis-Sinjura Fenech Adami, iċ-Chairman, Core Negotiating Group, Richard Cachia Caruana u l-Head EU Directorate fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin, Saviour Falzon. F’St.Petersburg se jingħaqad mad-delegazzjoni l-Ambaxxatur ta’ Malta għar-Russja, Dr. Joseph Cassar.
Il-Prim Ministru mistenni lura Malta nhar il-Ħadd, 1 ta’ Gunju.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946