Left arrow Go Back

ĦATRA  TA’ SEGRETARJU TAL-KABINETT

pr1869
Date Icon 23/12/2005
Il-PrimMinistru, illum wara nofsinhar, ħabbar il-ħatra ta’ Dr Godwin Grima bħala Segretarju tal-Kabinett mill-1 ta’ Jannar 2006.  Din il-ħatra qed issir wara li s-Sur Joseph Scicluna ġie maħtur Chairman ta’ l-Awtorità tax-Xandir.
DrGodwin Grima ssieħeb fis-Servizz Pubbliku bħala Nutar għall-Gvern fl-1979 u okkupa numru ta’ pożizzjonijiet għolja, fosthom dik ta’ Direttur Ġenerali (Artijiet u Reġistru Pubbliku).  Qabel ma ġie maħtur Segretarju Permanenti Ewlieni f’Jannar 2005, huwa serva ta’ Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Ġustizzja u Intern u ta’ Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Il-ħatratas-Segretarju Permanenti Ewlieni bħala Segretarju tal-Kabinett turi biċ-ċar kemm l-impenn tal-Gvern sabiex ikun hemm Gvern magħqud, kif ukoll l-impenn lejn it-titjib tas-servizz pubbliku ħalli dan ikun jista’ jaqdi l-ħtiġijiet nazzjonali kurrenti u jagħti dak li l-ċittadini jistennew minnu.
DrGrima huwa miżżewweġ lil Doris nee Schembri u għandu tlett itfal.  Il-familja tagħhom tiffosterja żewġt itfal.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow