Left arrow Go Back

Malta tipparteċipa fit-tnehdija ta’ inizjattiva bil-għan li l-bahar Mediterran jkun ħieles mit-tniġġiż sas-sena 2020

pr1861
Date Icon 20/12/2005
“Kull pjan maqbulbiex il-baħar Mediterran jinħeles minn kull tniġġiż għandu jassigura li ma jkunx hemm duplikazzjoni ta’ inizjattivi oħrajn jew strutturi diġa ezistenti.  Kwalunkwe pjan maqbul għandu jara li jimmassimizza dak li diġa’ jeżisti bl-iskop li jinkisbu l-aqwa vantaġġi.  Dan il-pjan ghandu jibni fuq ix-xoghol tant siewi li diġa’ qed jagħmel is-Segretarjat tal-Meditterranean Action Plan.
Barra minnhekk, humawkoll ferm importanti li l-ftehim ifassal l-għanijiet ewlenin u jħalli flessibilta’ lil kull pajjiż.  Bħalma ġara fil-każ tan-negozjati fit-Tibdil fil-Klima din il-flessibilta’ għandha tagħti każ ir-realtijiet partikolari u r-responsabilitajiet differenti ta’ kull pajjiż.”
Dan qalu l-Ministru għall-AffarijietRurali u l-Ambjent George Pullicino f’diskors li għamel waqt konferenza f’Barċellona li matulha tniehdiet inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea bl-isem Horizon 2020, liema inizjattiva timmira biex il-baħar Mediterran jkun ħieles mit-tniġġiż sas-sena 2020.  Din il-konferenza saret fuq inizjattiva tal-Kummissarju Ewropew għall-Ambjent Stavros Dimas f’għeluq l-10 snin mid-dikjarazzjoni ta’ Barċellona li biha twaqqaf il-Euro-Med Partnership.
Il-Ministru GeorgePullicino qal li l-inizjattiva għandha tibni fuq il-prinċipju li min iħammeġ iħallas (polluter pays principle). Dan il-prinċipju għandu jintuża biex jiffinanzja impjanti u proġetti ambjentali mmirati biex inaqqsu t-tniġġiż fil-Meditterran.
Il-Ministru Pullicinotkellem ukoll fuq il-ħtieġa li l-Unjoni Ewropeja tgħin fit-titjib tas-sistemi ta’ amministrazzjoni u governance ta’ l-awtoritajiet, speċjalment tal-pajjiżi fuq ix-xatt tan-nofsinhar tal-Meditterran.
Huwa tenna wkoll li hufundamentali u ta’ priorita’ li jitwaqqaf osservatorju permanenti li jkollu l-għan li jiġbor u jxerred l-esperjenzi ta’ ko-operazzjoni deċentralizzata bejn il-bliet Ewro-Mediterranji.  Pullicino qal li dan l-osservatorju għandu joħloq xibka ta’ tixrid ta’ informazzjoni dwar l-aħjar prattiċi li jistgħu jintużaw biex jippromwovu din l-inizjattiva.
Il-Ministru GeorgePullicino qal li t-tixrid ta’ informazzjoni għandu jwassal biex ikun hawn aktar informazzjoni u b’hekk tonqos il-biża’ li tista’ tinxtered fost il-popli tal-Meditterran.  Hu qal li biex din il-proposta tirnexxi trid tingħata wkoll kunsiderazzjoni lill-fatt li l-Mediterran qed jitniġġeż ukoll minn pajjiżi ohra minn barra ż-żona Ewro-Mediterranja, bhal fil-kaz tat-trasport ta’ zejt,u li anke dawn il-pajjizi jehtieg jikkontribwixxu finanzjarjament ghal dan il-pjan.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow