REFUĠJATI JIBDEW ĦAJJA ĠDIDA FL-OLANDA
pr1855
19/12/2005
| Grupp | ta’ 33 persuna, li jikkonsistu f’disa’ familji bi sbatax-il ulied, illum telqu lejn l-Olanda biex jiġu re-settled f’dan il-pajjiż. Dawn il-persuni ġew minn pajjiżi fqar fil-Lvant ta’ l-Afrika bħas Somalia u l-Etjopja li kienu waslu Malta u ngħataw l-istatus ta’ refuġjat jew protezzjoni umanitarja. |
| Dawn | l-emigranti ġew magħżula minn Delegazzjoni Olandiża, li kienet magħmula minn team ta’ erba’ esperti mill-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern Olandiż u l-Aġenzija Ċentrali responsabbli mill-Immaniggjar ta’ Reception Centres fl-Olanda. Id-Delegazzjoni kienet żaret Malta lejn l-aħħar ta’ Novembru, wara talba li kien għamel il-Gvern Malti f’Settembru li għadda, biex pajjiżi membri ta’ l-Unjoni Ewropea jagħtu għajnuna konkreta f’dak li għandu x’jaqsam ma’ burden sharing fil-problema ta’ immigrazzjoni illegali li kienet qed tiffaċċja Malta. |
| L-Olanda | kien l-ewwel pajjiż ta’ l-Unjoni li fehem il-pożizzjoni ta’ Malta f’dan ir-rigward u rrispondiet billi mpenjat ruħha li taċċetta numru ta’ refuġjati minn Malta . Il-persuni ntagħżlu skond kriterji stabbiliti fil-qasam ta’ l-asil fosthom li jkunu refuġjati li jkollhom għarfien tal-UNHCR u jew li jkunu meqjusa bħala każijiet ta’ protezzjoni umanitarja speċjali. |
| Il-persuni | li llum telqu minn Malta lejn ħajja ġdida fl-Olanda, kienu ilhom jgħixu Malta , uħud minnhom iktar minn ħames snin bi tfal li anki twieldu Malta ; kienu kollha jgħixu fi djar immexxija mill-Kummissjoni Emigranti. L-ispejjeż tal-vjaġġ tħallas mill-International Organisation for Migration. |
| Il-Viċi | Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern wera s-sodisfazzjoni tiegħu għall-għajnuna li ngħatat mill-Olanda lil Malta. Il-ġest ta’ l-Olanda huwa xhieda ħajja ta’ kif għandha taħdem l-Unjoni Ewropea, li pajjiż membru ikun solidali bil-fatti ma’ ieħor. L-Olanda, qal il-Viċi Prim Ministru, qed tagħti eżempju lill-pajjiżi oħra membri ta’ l-Unjoni biex juru solidarjeta ma’ pajjiżi oħra li jkunu qed iħabbtu wiċċhom ma’ problemi speċifiċi. Huwa rrigrazzja lill-Gvern Olandiż u lill-Ambaxxata Olandiża f’Malta għall-parti importanti li kellha biex dawn ir-refuġjati jkunu jistgħu jidbew ħajja ġdida f’pajjiż li taħhom kenn. |
Other Press Releases:
PR261950en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...
PR261950