Left arrow Go Back

DONAZZJONI TA’ VETTURA MILL-KIA MOTORS LILL-MALTA COMMUNITY CHEST FUND GĦAL PERSUNI B’DIŻABILITÀ

pr1851
Date Icon 19/12/2005

Dalgħodu s-Sur George Fenech, chairman ta’ Tumas Group f’isem KIA Motors għadda formalment coach għal persuni b’diżabilità lill-E.T. Dott. Edward Fenech Adami bħala chairman tal-Malta Community Chest Fund.  Għal din iċ-ċerimonja kienet preżenti wkoll is-Sinjura Fenech Adami. Id-donazzjoni ta’ din il-coach ġiet imħabbra waqt il-programm ‘Istrina’ tas-sena l-oħra.  

Qabel il-preżentazzjoni ġew iffirmati żewġ kuntratti, wieħed tad-donazzjoni mill-KIA Motors lill-Malta Community Chest Fund u l-ieħor bejn l-istess Malta Community Chest Fund u l-Foundation for Social Welfare Services.  Permezz tat-tieni kuntratt, il-Malta Community Chest Fund għaddiet l-immaniġġjar tal-coach f’idejn il-Foundation for Welfare Services biex b’hekk tkun tista’ tintuża skond il-ħtiġijiet ta dawk fil-bżonn li jinkludu nies b’diżabilità.  

Il-Gvern għamel tajjeb għall-ħlas tat-taxxa fuq ir-reġistrazzjoni tal-vettura filwaqt li permezz tan-National Lotteries Good Causes Funds ġiet rifuża s-somma ta’ Lm6000 għal Excise Duty. 

Tul il-ġurnata numru ta’ persuni b’diżabilità minn Wied il-Għajn u minn Ħal Kirkop telgħu fuq din il-coach li ħadithom għal mawra madwar Malta li ġiet fi tmiemha propju fil-Palazz tal-Verdala.  

Il-President wera r-rikonoxximent tiegħu għall-ġenerożità tal-KIA Motors.  ‘Filwaqt li għal ħafna minnha, sabiex immorru minn post għal ieħor hija xi ħaġa li nagħmluha ta’ kuljum u mingħajr ma noqgħodu naħsbu fuqha, għal oħrajn hija ferm iktar diffiċli’, żied jgħid il-President ta’ Malta.  Din il-vettura ser tiffaċilita l-ħajja ta’ ħafna li ma għandhomx il-mezzi adegwati sabiex jkunu jistgħu jivvjaġġaw.  

Il-President Fenech Adami qal li l-ġenerożità u s-solidarjetà ta’ bejnietna hija bla dubju l-karatteristika tal-Maltin li f’dan iż-żmien tas-sena tinħass ħafna iktar.  Din hija karatteristika li tiddistingwina bħala pajjiż u għandha tagħmilna kburin li aħna Maltin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow