Se jibda l-bini ta’ Skola ġdida f’Tal-Ħandaq
pr1848
16/12/2005
| Wara | li l-Oppożizzjoni għamlet tliet snin sħaħ tattakka lill-Gvern dwar il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada, issa li qed jidhru r-riżultati ta’ ħidma bil-għaqal tal-Gvern u tal-Fondazzjoni fil-bini u l-manutenzjoni ta’ skejjel governattivi, l-istess Oppożizzjoni qed tipprova tnaqqas mill-mertu tal-Gvern, fejn u meta qed tara li dan qed iwettaq proġetti b’risq l-istudenti Malti u Għawdxin. |
| Dalgħodu, | il-Kelliem ta’ l-Oppożizzjoni dwar l-Edukazzjoni, l-Onor. Carmelo Abela sejjaħ konferenza ta’ l-aħbarijiet li fiha fost affarijiet oħra, allega li l-Gvern mhux qed iwettaq xogħol ta’ manutenzjoni fil-Liċeo Mikiel Anton Vassalli f’Tal-Ħandaq, u dwar din l-iskola mhux qed iwettaq il-wegħdi tiegħu. |
| Dan | mhu xejn ħlief opportuniżmu politiku għax l-Onor. Abela jaf tajjeb li l-Gvern diġa’ qed iwettaq pjan sħiħ għal din l-iskola u li se jirriżulta fi skola ġdida flok dik li hemm bħalissa fi żmien tliet snin. |
| Il-fatti | huma li l-Gvern prezenti kien iddeċieda li din l-iskola, li fil-bidu tas-snin tmenin bdiet topera minn bini użat fi żmien l-Ingliżi, m’għadhiex addattata biżzejjed għaż-żminijiet tal-lum. Oriġinarjament kienu tħejjew pjanti mill-periti tad-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni li, iżda ġew riveduti mill-FTS. Il-pjanti l-ġodda saru biex l-iskola l-ġdida tkun skola ta’ għada, bħal m’hi l-iskola San Benedittu; u anki biex filwaqt li tkun qed tinbena l-iskola l-ġdida, tkun tista’ tibqa’ topera l-iskola li hemm fil-preżent. B’dan il-mod l-inkonvenjent għall-istudenti li hemm bħalissa jonqos sew. Dawn il-pjanti tlestew f’Jannar ta’ din is-sena. |
| Peress | li s-sit ta’ din l-iskola jinsab f’żona industrijali, l-FTS talbet li jsir eżerċizzju ta’ Monitoraġġ tal-Kwalita’ ta’ l-Arja, li sar mill-MEPA. Dan sar f’April 2005. Fl-10 ta’ Mejju ġiet sottomessa l-applikazzjoni (2619/05) lill-MEPA biex tinbena l-iskola li se tkun tinkludi klassijiet, laboratorji, technology workshops u faċilitajiet oħra. F’Ottubru 2005 ħareġ ir-riżultat tal-Monitoraġġ tal-Arja fejn irriżulta li l-kwalitá ta’ l-arja hija tajba u skond standards aċċettati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u ta’ l-Unjoni Ewropea. |
| F’Novembru | ta’ din is-sena, il-MEPA tat indikazzjoni pożittiva dwar l-applikazzjoni u b’hekk l-istatus ta’ l-applikazzjoni sar wieħed għal żvilupp sħiħ. Huwa ttamat li fil-bidu tas-sena 2006 jinħareġ dan il-permess mill-MEPA biex imbagħad ikun jista’ jinbeda x-xogħol mill-FTS. |
| Tliet | miljun lira huma allokati għall-bini ta’ din l-iskola li mistennija titlesta f’perjodu ta’ bejn sentejn u tliet snin oħra, l-istess kif ġara fil-każ tal-bini ta’ l-Iskola ġdida fil-Kulleġġ San Benedittu. Dwar dan il-proġett saru laqgħat ta’ konsultazzjoni meħtieġa li għalihom kienu mistiedna fost oħrajn il-ġenituri ta’ l-istudenti li jattendu f’dan l-iskola. |
| Il-Kelliem | ta’ l-Oppożizzjoni allega li l-Fondazzjoni m’għamlitx xogħol ta’ manutenzjoni urgenti li kellha bżonn l-iskola. Dan m’hu minnu xejn. Il-Fondazzjoni għamlet ix-xogħol ta’ manutenzjoni meħtieġ mitlub mill-amministrazzjoni ta’ l-iskola. |
| L-Onorevoli | Abela prova jagħti l-impressjoni li kien il-Gvern Laburista li dam 22 xahar, li għamel l-akbar investiment fil-bini u l-manutenzjoni ta’ l-iskejjel. |
| L-ewwel | nett, kieku dan kien minnu, m’hemmx lok li l-oppożizzjoni toħroġ titkellem dwar xogħol li għandu jsir. |
| It-tieni | nett, il-Kelliem ta’ l-Oppożizzjoni donnu nesa li din is-sena biss, il-Gvern prezenti se jkun qed jinvesti kważi ħames miljun lira f’xogħlijiet u bini ta’ skejjel. Wieħed irid isemmi wkoll li sa mit-twaqqif tal-Fondazzjoni, l-Gvern investa mas-Lm16-il miljun f’xogħlijiet ta’ manutenzjoni u bini fl-iskejjel tiegħu. |
Other Press Releases:
PR261950en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...
PR261950