Left arrow Go Back

MILJUN LIRA F’SENTEJN SABIEX JINĠABAR SKART MORMI B’MOD ILLEGALI

pr1819
Date Icon 12/12/2005

“Flimkien nagħmlu ħilitna għall-ambjent aħjar”

F’okkażjoni tal-Clean Up the World, li qed tkun organizzata fuq bażita’ jumejn, il-Ministru Ninu Zammit flimkien mal-Ministru George Pullicino żaru diversi postijiet fejn twettaq tindif minn tfal ta’ l-iskola.
It-tema magħżula għal din is-sena hija “Flimkien ngħamlu ħilitnagħall-ambjent aħjar”. Il-Ministru Ninu Zammit spjega lill-istudenti dwar il-ħsara li jikkawża rimi ta’ skart b’mod illegali f’widien, toroq arterjali u postijiet pubbiċi. L-ispiża sabiex inġabru ‘l fuq minn 32,000 tunnellata ta’ skart fl-aħħar sentejn laħqet madwar miljun lira. Dan ix-xogħol twettaq kollu minn ħaddiema tad-Dipartiment għas-Servizzi ta’ l-Indafa fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura. Il-Ministru Zammit tenna li b’din is-somma setgħu saru 4 proġetti bħal Barrakka ta’ Fuq, 4 proġetti bħal Ġnien ta’ Hastings, 4 proġetti mar-restawr tal-Kappella ta’ l-Italja fil-Konkatidral ta’ San Ġwann jew 10 proġetti bħal promenade tax-Xgħajra.
Għal din l-edizzjoni ta’ Clean up the World qegħdin jieħdu sehembosta Kunsilli Lokali, skejjel, NGO’s, għaqdiet volontarji, entitajiet kummerċjali. Dawn ġew provduti bl-għajnuna kollha meħtieġa mill-Gvern.
Il-Ministru ghar-Riżorsi u Infrastruttura Ninu Zammit appella wkollbiex kulħadd jagħmel is-sehem tiegħu fejn għandu x’jaqsam is-separazzjoni ta’ l-iskart kif ukoll biex isir użu aktar kemm tal-bring-in-sites kif ukoll tal-bulky refuse service, liema sistema ta’ bulky refuse tidher li qeda tiġi utilizzata tajjeb mill-pubbliku. B’dan il-mod kulħadd ikun qed jagħti sehmu biex jintlaħaq l-iskop ta’pajjiż aktar nadif. Huwa fakkar li matul dawn l-aħħar sentejn, ħaddiema tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura nadfu ’l fuq minn 12-il kilometru ta’ widien minn rimi ta’ skart mormi b’mod illegali.
Il-Ministru George Pullicino qal li din il-kampanja ta’ tindif turinakif hawn min hu lest li jikkollabora mal-Gvern u qiegħed jagħti is-sehem tiegħu. Minn meta ddaħħlu l-littering regulations, diġa’ ngħataw 1,062 twissija fuq littering u 72 fuq dumping. Ma nistawx nittolleraw li nonfqu iktar flus mit-taxxi tal-poplu minħabba l-irresponsabilta’ ta’ xi wħud stqarr il-Ministru Pullicino.
L-istudenti li ħadu sehem f’din l-attivita’ kienu ferm konxji tal-multili se jkunu ntrodotti mill-1 ta’ Jannar li ġej. Dan juri li l-messaġġ tal-Gvern sabiex intejbu dejjem iżjed l-ambjent qiegħed jasal anke bl-għajnuna ta’ l-iskejjel.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow