DISKORS MILL-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GHALL GUSTIZZJA U L-INTERN, FL-OKKAZJONI TA' "JUM HAL-LUQA" U L-GHOTI TAL-PREMJU "GIEH HAL-LUQA" - SALA KOMUNITARJA, LUQA - IS-SIBT, 10 TA' DICEMBRU 2005
pr1817
12/12/2005
| Illum il-gurnata ghandu jigi registrat b'mod pozittiv li l-Kunsilli | Lokali huma parti integrali mill-hajja socjali u kulturali ta' pajjizna. Ma hemmx dubbju li dak li kien esperiment fid-demokrazija amministrattiva rnexxa. Ovvjament, hemm hafna x'wiehed jista' jissoda u jsahhah sabiex ikun hemm aktar bilanc u gustizzja fl-operat shih taghhom. |
| Izda llum ghandna nirregistraw li hafna lokalitajiet, li qabel kienu | jiddependu fuq personalitajiet politici sabiex jizviluppaw, inghataw fondi sostanzjali li tqeghdu ghad-dispozizzjoni tal-lokalità biex jintefqu hemm. Fil-fatt, huwa l-pjacir tieghi li nirregistra li sa issa gew allokati Lm1,279,059 - f'fondi specjali u mhux - lil din il-lokalità. Dan huwa pass pozittiv li jissoda lil dawk kollha li kellhom fiducja fil-Kunsilli. Ma hemmx dubbju li Kunsill huwa f'pozizzjoni ferm aqwa mill-Gvern Centrali sabiex jara d-dettalji kollha li huma necessarji fil-belt jew rahal partikolari. Dan jixhet fuq il-Kunsill responsabbiltà ikbar. L-ewwel, attenzjoni fejn jintefqu, u t-tieni, fuq x'hiex jintefqu. Responsabbiltà li titlob li tigi ezercitata b'gustizzja u b'akkontabilità ghall-poplu, li anzi ghandu dritt li jkun infurmat b'dan. |
| Il-Kunsilli huma strumenti importanti wkoll fl-informazzjoni ta' dak | li jkun qieghed isir mill-Gvern Centrali. Ninnota li hafna mill-poplu bnew rapport fejn l-ewwel jistaqsu fil-Kunsill fuq skema u ohra, u wara fid-dipartimenti. Dan beda jsehh b'mod partikolari fit-thaddim ta' l-istrument legali gdid tal-medjazzjoni. Minn meta twaqqaf ic-Centru, saret pubblikazzjoni tas-servizzi li dan joffri. Hafna persuni marru fil-Kunsilli u inghataw informazzjoni tajba. Dan huwa rapport li huwa importanti li jibqa' jigi ssudat ghax permezz tieghu tonqos ic-centralizzazzjoni u tikber iktar il-partecipazzjoni tal-poplu. |
| "Gieh Hal-Luqa" huwa mument importanti fil-hajja | tal-lokalità. Persuni li soltu ma jigux imsemmija fuq livell nazzjonali però apprezzati fuq dak tar-rahal taghhom, permezz ta' dan il-Gieh inghataw lura rikonoxximent importanti hafna. Ghax huwa tajjeb li wiehed jaghti u jahdem ghal-lokalità tieghu, però daqstant iehor huwa validu li jkun hemm rikonoxximent tieghu. Napprezza din il-hidma u anzi nsostni li hemm iktar xi jsir f'din id-direzzjoni. |
| Naghlaq billi nawgura l-hidma t-tajba lil dan il-Kunsill Lokali | sabiex jitkompla x-xoghol tajjeb li huwa beda. |
Other Press Releases:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949