DISKORS TA’ L-GHELUQ MILL-ONOR. TONIO BORG, VIĊI PRIM MINISTRU U MINISTRU GĦALL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN, GĦAL-LAQGHA TAS-SINDKI – FLORIANA – IS-SIBT, 10 TA’ DIĊEMBRU 2005
| President, | Assoċjazzjoni Kunsilli LokaliSinjuri SindkiSinjuri Viċi SindkiMembri ta’ l-Eżekuttiv Segretarju Permanenti Direttur, Gvern Lokali |
| Hu | ta’ pjaċir għalija li nagħmel id-diskors ta’ l-għeluq f’din il-laqgħa tas-Sindki. Hu wkoll ta’ sodisfazzjon li nara fostna l-Viċi Sindki li għandhom rwol importanti ħafna fit-tmexxija politika tal-Kunsilli Lokali. Dan għaliex il-Viċi Sindku jidħol fiż-żarbun tas-Sindku kull meta dan ma jkunx jista’ jaġixxi, u għalhekk din hi funzjoni mportanti fl-operat tal-Kunsilli Lokali. |
| Din | is-sena kienet sena mpenjattiva ħafna fil-qasam tal-Gvern Lokali f’pajjiżna, u jekk tippermettuli ser nagħti elenku tal-inizzjattivi l-aktar importanti li seħħew matul din is-sena. Qabel ngħaddi għal dan, iżda, nixtieq nuri l-apprezzament tiegħi għall-ħidma ta’ l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, tagħkom ilkoll, ta’ l-Assoċjazzjoni tas-Segretarji Eżekuttivi tal-Kunsilli Lokali, kif ukoll tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali li b’kollaborazzjoni bejnietkom kien possibbli li jitwettqu u jsiru diversi inizzjattivi ġodda u jissaħħu dawk eżistenti. |
| Fi | Frar ta’ din is-sena ġie mgħoddi l-Att Nru I ta’ l-2005 li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali. Dawn l-emendi seħħew wara perjodu ta’ konsultazzjoni li kienet ilha sejra sa minn Ottubru 2003, u ċioe’ wara li fil-Konferenza Nazzjonali li ċċelebrat l-10 snin mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali f’Malta kienet saret sejħa għal proposti għal emendi għall-imsemmija liġi. Ta’ min isemmi li, fost id-disposizzjonijiet ġodda nsibu: |
o Il-metodu l-ġdid tal-ħatra tas-Sindku u l-Viċi Sindku b’elezzjoni diretta mill-istess ċittadini;
o Il-metodu ġdid kif issir proposta għal vot ta’ sfiduċja fis-Sindku u l-Viċi Sindku;
o Metodu ġdid kif tista’ tintalab laqgħa tal-Kunsill minn mill-inqas nofs il-Kunsillieri li jkunu fil-kariga;
o L-iskwalifika ta’ Kunsillier jekk f’xi waqt matul il-kariga tiegħu huwa jiġi elett bħala membru ta’ Kunsill Lokali ieħor jew xi istituzzjoni simili f’xi Stat Membru ieħor; u
o L-eżenzjoni lis-Sindki u lis-Segretarji Eżekuttivi milli jservu ta’ Ġurati.
Kif tafu wkoll, wara li kien ġie nnegozjat il-Ftehim Kollettiv għas-Segretarji Eżekuttivi, saru wkoll l-emendi meħtieġa fir-Regolamenti dwar Riżorsi Umani. Permezz ta’ dawn l-emendi ġew imtejba wkoll il-kundizzjonijiet tas-Segretarji Eżekuttivi tal-Kunsilli Lokali. Fost l-oħrajn ġew introdotti disposizzjonijiet dwar:
· Il-ħtieġa statutorja li jsir immaniġġjar tal-vacation leave;
· Id-dritt tas-Segretarju Eżekuttiv li jkollu assigurazzjoni dwar is-saħħa;
· L-obbligu li l-Kunsill jiddiskuti l-kuntratt tax-xogħol tas-Segretarju Eżekuttiv tliet xhur qabel dan jiskadi;
· It-twaqqif ta’ Kumitat ta’ Saħħa u Sigurta’; u
· Id-dritt li s-Segretarju Eżekuttiv jingħata qualilfication allowance skond il-proċeduri applikabbli fis-Servizz Pubbliku.
Biex inkompli fuq il-qasam leġislattiv, irrid insemmi wkoll xi Avviżi Legali relatati mal-ħidma tal-Kunsilli Lokali li ħriġna din is-sena. Dawn, fost l-oħrajn, emendaw, żiedu jew daħlu disposizzjonijiet ġodda, fosthom:
§ Żieda ta’ żewġ organizzazzjonijiet (Special Olympics u Osanna Pia) fl-Iskeda ta’ l-Organizzazzjonijiet li jistgħu jirċievu donazzjonijiet mill-Kunsilli Lokali;
§ Bidla fl-istemma tal-lokalita’ ta’ Ħal-Għaxaq fuq talba ta’ l-istess Kunsill;
§ Pubblikazzjoni tal-Kodiċi ta’ Etika għall-Kunsillieri Lokali; u
§ Dikjarazzjoni ta’ 4 żoni bħala Żoni Industrijali u għalhekk esklużi mir-responsabblita’ tal-Kunsilli Lokali.
| Kif | tafu wkoll, permezz ta’ emendi fl-Att dwar Gwardjani Privati u Lokali, ġew imwaqqfa l-Gwardjani bla uniformi b’responsabbilta’ speċifika dwar l-infurzar tar-regolamenti dwar il-ħarsien ta’ l-ambjent. Din ir-responsabbilta’ qed tkun devoluta lill-Kunsilli Lokali u għalhekk intom ser tkunu qed tagħtu s-sehem dirett tagħkom fl-edukazzjoni dwar il-ħarsien ta’ l-ambjent kif ukoll l-infurzar tar-regolamenti li jħarsu l-ambjent. Dan ukoll hu pass ieħor ‘il quddiem kemm fl-aspett edukattiv kif ukoll dak ta’ devoluzzjoni lokali. |
| Kif | tafu, din is-sena wkoll sar il-Ftehim dwar l-Aġenziji ta’ l-e-Government (LeGA) u bl-operat tal-Kumitat LEGA għadu kemm ġie konkluż l-eżerċizzju tat-tqassim tal-ħaddiema ta’ l-IPSL bejn il-Kunsilli Lokali Maltin, filwaqt li peress li ma kienx hemm ħaddiema ta’ l-IPSL f’Għawdex, il-Kunsilli Lokali Ghawdxin ingħatawlhom ħaddiema tal-Gvern li kienu detailed mal-Korporazzjoni tas-Servizzi ta’ l-Ilma u li reġgħu issejħu lura mal-Gvern u trasferiti fid-Dipartiment għall-Gvern Lokali. Ta’ min isemmi wkoll li ttieħdet id-deċiżjoni li fil-konfront tal-Kunsilli Lokali Għawdxin dawn igawdu minn ħaddiem żejjed minn dak li kienu ntitolati għalih sabiex ipattu għas-sentejn li ilhom mingħajr dawn il-ħaddiema. |
| Din | is-sena wkoll rajna t-tkomplija tal-politika ta’ devoluzzjoni ta’ proprejta’ pubblika lill-Kunsilli Lokali. Matul l-2005 ġew iffinalizzati d-devoluzzjoni ta’: |
§ Il-Kalkara tal-Ġir lill-Kunsill Lokali tas-Sannat (Marzu 2005)
§ Casino Notabile lill-Kunsill Lokali Mdina (Mejju 2005)
§ Il-Fortizza ta’ Sant’Antnin lill-Kunsill Lokali Qala (Awissu 2005)
§ Żewġt ikmamar fi Ġnien Misraħ il-5 ta’ Ottubru lill-Kunsill Lokali Msida (Awissu 2005)
§ Sit fi Triq Ġuże’ Aquilina lill-Kunsill Lokali Munxar (Ottubru 2005).
| Wieħed | irid ukoll jirrikonoxxi l-ħidma li ssir mill-Kunsilli Lokali mhux biss fil-qafas lokali iżda wkoll dak internazzjonali. Minbarra d-diversi inizzjattivi ta’ ġemellaġġi bejn Kunsilli Lokali Maltin u entitajiet simili f’pajjiżi barranin, l-Assoċjazzjoni li tirrapreżentakom hi parteċipi f’diversi istituzzjonijiet barranin, fosthom il-Kumitat tar-Reġjuni (ta’ l-Unjoni Ewropea), il-Kunsill ta’ l-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali tal-Kunsill ta’ l-Ewropa, kif ukoll fil-Commonwealth Local Government Forum. Jien infurmat li f’kull wieħed minn dawn il-fora, l-Assoċjazzjoni Maltija dejjem gawdiet minn stima għolja u ħadet inizzjattivi minkeja ċ-ċokon u n-nuqqas ta’ riżorsi. |
| B’sodisfazzjon | ngħid li l-organizzazzjoni li saret mill-Commonwealth Local Government Forum f’Malta fis-26 ta’ Ottubru ta’ din is-sena bil-kollaborazzjoni kemm ta’ l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali kif ukoll tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali, kellha kliem ta’ tifħir mill-parteċipanti kemm barranin kif ukoll Maltin. Dawn l-inizzjattivi bi sħab juru kif hemm lok fejn b’koperazzjoni u kollaborazzjoni sħiħa nistgħu nagħmlu ħafna aktar. Ninsab infurmat li qed isiru diversi sforzi oħra ta’ kollaborazzjoni, fosthom fil-qasam ta’ kif il-Kunsilli Lokali jistgħu jibbenefikaw aktar mill-fondi ta’ l-Unjoni Ewropea. |
| Jien | infurmat li diġa ingħata bidu għal aktar impenn mill-Assoċjazzjoni u d-Dipartiment sabiex jikber l-għarfien u l-għerf dwar l-operat tal-Unjoni Ewropea. Hawnhekk irrid infakkar fis-Seminar informattiv dwar il-Programm INTERREG III li kien sar fil-bidu ta’ din is-sena mid-Dipartiment bil-kollaborazzjoni ta’ l-Assoċjazzjoni. |
| Il-Gvern | hu impenjat ukoll li jsaħħaħ l-istruttura tal-Assoċjazzjoni sabiex din tkun tista’ dejjem aktar tilqa’ għall-impenji u l-isfidi li dejjem qegħdin jiżdiedu. Ta’ min isemmi li fil-bidu ta’ din is-sena ġie assenjat ħaddiem ieħor ma’ l-Assoċjazzjoni biex issa l-complement ta’ l-impjegati tela’ għal 3, u hu ttamat li dalwaqt l-Assoċjazzjoni jkollha Segretarju Eżekuttiv ġdid biex jissostitwixxi lis-Sur Oreste Alessandro li għal aktar minn 10 snin sħaħ ta ħidma sfiqa lill-istess Assoċjazzjoni, u ta’ dan l-istess Assoċjazzjoni ħasset li kellha tirrikonoxxih permezz ta’ preżentazzjoni ta’ midalja. |
| Ippermettuli | nerġa’ ntenni l-impenn tal-Gvern li jsaħħaħ il-Kunsilli Lokali f’pajjiżna. L-allokazzjoni finanzjarja għall-Kunsilli Lokali għas-sena finanzjarja li jmiss żdiedet b’Lm 50,000 b’fondi diretti. Irrid insemmi iżda, li l-Gvern qiegħed jgħin ukoll b’fondi indiretti. Jekk wieħed jgħodd l-ammont fi flus ta’ salarji kemm għall-ħaddiema ta’ l-IPSL (138 ħaddiem), uffiċjali pubbliċi Għawdxin assenjati mal-Kunsilli Lokali Għawdxin (33 ħaddiem) kif ukoll ħaddiema tal-Ministeru tar-Riżorsi u l-Infrastruttura (40 ħaddiem), l-ispiża għas-salarji tagħhom tamonta għal madwar Lm 1,148,000, u għalhekk allokazzjoni finanzjarja indiretta ta’ madwar Lm1.15 miljuni. Għalhekk, l-ammont finanzjarju lill-Kunsilli Lokali f’fondi diretti u indiretti għas-sena finanzjarja li ġejja ser tlaħħaq Lm11,348,000. |
| Ta’ | min isemmi wkoll li l-Kunsilli Lokali għandhom għodda oħra importanti li jistgħu jużaw biex jirregolaw xi materja li tkun fir-responsabbilta’ tagħhom. Qed nalludi għall-Bye-Laws li permezz tagħhom Kunsill jista’ wkoll jagħmel skemi li permezz tagħhom iżid mal-fondi allokati lilu mill-Gvern ċentrali. Din is-sena, per eżempju, ġew approvati diversi Bye-Laws li permezz tagħhom il-Kunsilli rispettivi setgħu jitolbu ħlas għal reklami fuq l-għamara tat-toroq, organizzazzjoni ta’ korsijiet u l-użu tal-faċilitajiet tal-Kunsill. |
| Irrid | nagħlaq billi filwaqt li rrid pubblikament nirrikonoxxi x-xogħol li qegħdin tagħmlu fl-interess tar-residenti u l-lokalitajiet tagħkom, nisħaq fuq il-ħtieġa ta’ tmexxija li tkun iddettata minn sens ta’ ġustizzja u tħaris tal-liġijiet li jirregolaw l-operat tal-Kunsilli Lokali. Irrid infakkar li l-fondi li l-Kunsilli Lokali jiġġestixxu huma fondi pubbliċi u għalhekk l-immanniġġjar ta’ dawn il-fondi għandu jkun wieħed trasparenti u responsabbli. L-esperjenza tal-Kunsilli Lokali f’pajjiżna m’għadhiex aktar fl-istadju inizjali u għalhekk ta’ esperiment, iżda llum immaturat tali li ċerti nuqqasijiet m’għandhomx ikunu aktar tollerati. Ninsab ċert li tifhmu l-importanza ta’ tmexxija għaqlija, l-aktar fejn tidħol it-tmexxija finanzjarja tal-Kunsilli Lokali. F’dan il-kuntest, irid nisħaq fuq il-ħtieġa li wieħed itejjeb fejn hemm bżonn itejjeb u ma jbiddel fejn hemm bżonn jinbidel kif iggwidat mill-Awdituri Lokali u mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali. |
| Il-Gvern | ser jibqa’ għaddej bil-proċess ta’ konsultazzjoni. Din qed titwessa’ kemm jista’ jkun sabiex ikunu involuti dejjem aktar id-diversi stakeholders. Fuq quddiem nett hemm l-Assoċjazzjoni li tirrapreżentakom. Biss wieħed irid dejjem iżomm f’moħħu li l-għan aħħari tat-twaqqif tal-Kunsilli Lokali hu sabiex id-deċiżjonijiet jittieħdu minn min hu l-aktar qrib dawk li ser jintlaqtu minnhom. Ma rridux ninsew id-diversi entitajiet, għaqdiet u setturi li jiffurmaw il-komunitajiet, kif ukoll ir-responsabbilta’ li għandkom sabiex fid-deċiżjonijiet tagħkom tħarsu l-interessi globali u mhux settorjali. |
| Mill-ġdid | nawguralkom fil-ħidma tagħkom bħala Sindki u Viċi Sindki tal-lokalitajiet rispettivi tagħkom filwaqt li nagħti l-isbaħ xewqat għal dawn iż-żminijiet qaddisa lilkom u lill-familji tagħkom. |
Other Press Releases:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949