Left arrow Go Back

APPREZZAT SEHEM IL-VOLONTARJAT FIL-ĦARSIEN TA’ WIRT ARTNA

pr1813
Date Icon 11/12/2005
Il-Fondazzjoni Wirt Artna mill-1991 ħadet ħsieb tirriabilita,tirrestawra u tmexxi l-Fortizza Rinella. Fost ix-xogħlijiet li wettqet fil-Fortizza Rinella l-Fondazzjoni Wirt Artna rrestawrata l-faċċata tal-fortizza, iċċangat il-bitħa bil-ġebla, bniet mill-ġdid il-pont oriġinali, installat sistema ġdida ta’ elettriku, rriabilitat il-barrack block li nbidel f’mużew permanenti dwar il-ħajja ta’ suldat ta’ l-era Vittorjana mir-reklutaġġ sakemm jiġi pensioned off. Sar ukoll il-waterproofing tas-soqfa u l-landscaping ta’ l-art madwar il-fortizza.
Il-Fondazzjoni Wirt Artna qiegħda issa tniedi programm ta’ ġbir ta’flus biex jiġi restawrat il-kanun ta’ 100 tunnellata u biex dan ikun jista’ jitħaddem. Dan il-proġett jikkonsisti fit-tindif u l-irranġar tal-kanun u l-bini mill-ġdid tal-makkinarju kollu tiegħu li jitħaddem bl-isteam. Dan il-proġett, li mistenni jieħu madwar sentejn biex jitlesta, jinvolvi investiment ta’ madwar Lm100,000.
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech nieda dinil-kampanja wara li kien mistieden jispara dan il-kanun. “Il-fortifikazzjonijiet mibnija mill-Ingliżi huma parti mill-istorja ta’ pajjiżna kif inhuma dawk il-fortifikazzjonijiet mibnija mill-Kavallieri ta’ San Ġwann. Għalhekk irridu nħarsuhom għalina u għall-ġenerazzjonijiet futuri,” qal il-Ministru Zammit Dimech.
Il-Ministru Zammit Dimech fakkar fi żjara li kien għamel lil dinil-fortizza f’Awissu 2001 meta, fuq talba tal-Fondazzjoni Wirt Artna lill-Ministeru għall-Ambjent, li hu kien imexxi, kienet ingħatat għajnuna biex jissewwew u jkunu restawrati s-soqfa li kienu sofrew ħsarat fl-aħħar gwerra. Ħsarat li ġew aggravati meta ilma tax-xita daħal minn xquq li kienu żviluppaw.
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li għaqdiet volontarjibħall-Fondazzjoni Wirt Artna ikkontribwew biex il-poplu jsir aktar konxju mill-wirt storiku ta’ pajjiżna. Hu qal li dan il-wirt kien ukoll ta’ attrazzjoni turistika u għalhekk il-ħarsien tiegħu kien ukoll jinkwadra fil-ħidma li qed iwettaq il-Gvern biex jgħolli l-prodott turistiku li joffri pajjiżna.
Il-Ministru Zammit Dimech, filwaqt li rringrazzja lill-FondazzjoniWirt Artna għal-ħidma tagħha, qal li kien ta’ pjaċir għall-Gvern li jissieħeb ma’ għaqdiet volontarji f’ħidma biex inħarsu l-wirt storiku u kulturali ta’ pajjiżna.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow