KUMITAT FESTI NAZZJONALI: ATTIVITAJIET GĦAL "JUM IR-REPUBBLIKA"- 13 TA' DIĊEMRBU 2005
pr1793
07/12/2005
It-Tnejn, 12 ta' Diċembru, 2005
| 09.30hrs | Tqegħid ta’ kuruna mill-Kumitat Festi Nazzjonali fuq il-qabar tas-Sinjorina Agatha Barbara, ex-President ta’ Malta fiċ-Ċimiterju Parrokkjali, Ħaż-Żabbar. |
| 10.00hrs | Tqegħid ta' kuruna mill-Kumitat Festi Nazzjonali, fuq il-Monument ta' l-Avukat Anton Buttigieg, ex-President ta' Malta, fi Blata l-Bajda. |
It-Tlieta , 13 ta' Diċembru, 2005 - Jum ir-Repubblika
| 09.30hrs | Il-Kontinġenti tal-Forzi Armati ta' Malta, akkumpanjati mill-Banda jitilqu minn ħdejn il-Monument ta' Kristu Re, Floriana, u jimmarċjaw tul Triq ir-Repubblika sa Pjażża San Ġorġ fejn issir il-Parata. |
| 10.00hrs | Ċerimonja tal-Parata mill-Forzi Armati ta' Malta. Jattendu l-President ta' Malta, il-Prim Ministru, diversi personalitajiet distinti u mistednin oħra. |
| 11.00hrs | Wara l-Parata ssir Ċerimonja ta' Investitura u ta' l-Għotja ta' Midalji fis-Sala tal-Gran Kunsill, il-Palazz, Valletta. |
| 17.00hrs | Programm ta' marci mis-Socjetà Filarmonica Nazionale La Valette tal-Belt Valletta u s-Soċjetà Filarmonika Melita, Msida tul Triq ir-Repubblika, Triq il-Merkanti, Triq San Ġwann u lura għal Triq ir-Repubblika, Valletta. |
Other Press Releases:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949