Monument f’Ġieħ l-Arċipriet Saverio Cassar f’Għawdex
pr1784
06/12/2005
| Fuq inizjattiva | tal-Ministeru għal Għawdex ser jitwaqqaf f’Għawdex monument lill-Arċipriet Saverio Cassar, patrijott Għawdxi li mexxa l-imblokk tal-Franċiżi f’Għawdex fl-1798 u għal sentejn kien il-kap tal-Gvern Proviżorju fil-gżira. |
| Il-Monument ser jiġi | inawgurat mill-E.T. il-President ta’ Malta, Dr. Edward Fenech Adami f’egħluq il-mitejn sena mill-mewt ta’ l-Arċipriet Saver Cassar waqt ċeremonja li ser issir nhar l-Erbgħa, 14 ta’ Diċembru fi Pjazza Indipendenza. |
| Il-monument jinkludi bust | ta’ l-Arċipriet u basso-riljev fil-bronż fuq bażi ta’ l-irħam ta’ Għawdex. Ix-xogħol sar mill-artist Michael Camilleri Cauchi u ġie fondut fil-bronż minn Joe Chetcuti. |
| Nhar il-Ġimgħa, 16 ta’ | Diċembru, il-Ministru għal Għawdex ser tinawgura wirja ta’ dokumenti storiċi relatati ma’ l-Arċipriet Saverio Cassar u żminijietu, fl-Arkivju Nazzjonali, Taqsima t’Għawdex; li jinsab fil-Librerija Pubblika fi Triq Vajrinġa, ir-Rabat. |
Other Press Releases:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949