IS-SUSSIDJI LILL-BDIEWA U LIR-RAĦĦALA JIKKONFERMAW L-IMPENN TAL-GVERN GĦALL-FUTUR TAS-SETTUR AGRIKOLU
pr1783
06/12/2005
| Il-Gvern | għadu għaddej bil-pagamenti ta’ sussidji li ġew imwiegħda lill-bdiewa. Bħala parti minn dawn il-pagamenti, fil-jiem li ġejjin il-bdiewa se jirċievu ħlasijiet li jlaħħqu ‘l fuq minn Lm390,000 fuq il-biegħa li għaddiet mill-Pitkalija fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena. |
| Barra | minn hekk, bħalissa qed tinħadem ukoll l-għajnuna li se tingħata għall-istess għan għat-tieni nofs tas-sena 2005 u sa’ Novembru 2005, din l-għajnuna mistennija tlaħħaq Lm460,000 oħra. Din iċ-ċifra tkun imħabbra uffiċjalment ġaladarba jinħadem is-sussidji dovut għax-xahar ta’ Diċembru 2005. |
| B’hekk | minn din il-miżura biss, il-bdiewa se jibbenefikaw minn għajnuna li tlaħħaq ‘il fuq minn Lm850,000 u li tkopri biss ħdax-il xahar. Permezz ta’ din il-miżura se jibbenefikaw madwar 2,200 bidwi. |
| Irid jingħad | li s-sussidji li jirċievu l-bdiewa u r-raħħala mhumiex taxxabli. Ta’ min ifakkar ukoll li din mhix l-uniku għajnuna li qed igawdu minnha l-bdiewa Maltin u Għawdxin, liema għajnuna kienet negozjata ma’ l-Unjoni Ewropea biex isservi bħala l-ewwel saff ta’ protezzjoni għas-settur agrikolu. |
| Irid | ikun riaffermat li matul din is-sena se jkunu tqassmu ma’ l-Lm10 miljuni lill-bdiewa u r-raħħala Maltin u Għawdxin. Dawn jikkonsistu: |
· f’5 miljun Liri Maltin li tqassmu taħt il-programm magħruf bħala Special Market Policy Programme for Maltese Agriculture (SMPPMA),
· 3.8 miljun Liri Maltin li tqassmu permezz tal-Pjan għall-Iżvilupp Rurali u numru ta’ miżuri bħalma huma l-miżura ‘ad hoc’ għall-bdiewa full time,
· l-istatus ta’ Malta bħala Żona Żvantaġġjata (less-favoured area),
| kif | ukoll miżuri oħrajn agro-ambjentali. |
| Il-bdiewa | u r-raħħala ibbenefikaw ukoll minn Lm1.1 miljuni f’għajnuna oħra taħt l-iskemi apposta għar-ristrutturar. |
| Altru | milli l-Gvern mhux qed jonora l-obbligi tiegħu jew li l-Gvern ma jemminx bis-serjeta’ li dan hu settur importanti u li jeħtieġ ikun salvagwardjat. |
| Il-Gvern | hu fl-istess ħin konxju li jeżistu problemi u li dawn qed jiġu ndirizzati. Il-Gvern itenni d-determinazzjoni tiegħu li se jibqa’ għaddej bil-ħidma tiegħu biex il-bdiewa u r-raħħala jkollhom l-ambjent u l-kundizzjonijiet ideali biex jassiguraw futur sostenibbli għalihom u għas-settur agrikolu lokali. |
Other Press Releases:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949