Laqgħa mal-bdiewa fil-jiem li ġejjin
pr1778
05/12/2005
| Delegazzjoni mill-Ministeru | għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent se tiltaqa’ mal-bdiewa f’laqgħa li se ssir fil-jiem li ġejjin. Dan jirriżulta minn laqgħa li saret illum bejn uffiċjali mill-Ministeru mmexxija mill-Ministru u mis-Segretarju Parlamentari u rappreżentanti ta’ l-Assoċjazzjoni tal-Bdiewa. |
| Il-Ministru għall-Affarijiet | Rurali u l-Ambjent George Pullicino ikkonferma l-impenn tal-Ministeru li jiltaqa’ u jisma lill-bdiewa. |
| L-Assoċjazzjoni | tal-Bdiewa sejħet laqgħa għal nhar il-Ġimgħa li għaddiet u l-Ministru kien informa lill-Assoċjazzjoni li ma setax jattendi għaliha minħabba impenji uffiċjali barra minn Malta , iżda kienu preżenti uffiċjali mill-Ministeru. Wara dik il-laqgħa, ssejħet laqgħa oħra għal lum fis-1pm. Il-Ministru u s-Segretarju Parlamentari nfurmaw lill-Assoċjazzjoni li ma setgħux jattendu għal-laqgħa minħabba laqgħa tal-Kabinett u li kienu disposti li jilqgħu lir-rappreżentanti ta’ l-Assoċjazzjoni tal-Bdiewa llum stess fit-3pm. |
| Ir-rappreżentanti | tal-bdiewa flimkien ma’ numru ta’ bdiewa marru l-Ministeru u ltaqgħu ma’ delegazzjoni tal-Ministeru mmexxija mill-Ministru, s-Segretarju Parlamentari u uffiċjali għolja tal-Ministeru. |
| Kien matul din il-laqgħa | li kien deċiż li ssir laqgħa oħra għall-bdiewa f’post adattat li kapaċi jilqa’ numru ikbar ta’ nies. |
Other Press Releases:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949