Left arrow Go Back

JICCELEBRA 25 SENA TA' XOGHLIJIET ARTISTICI

pr1767
Date Icon 02/12/2005
Il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech inawgura wirja ta’ xogħlijiet ta’ pittura minn  Joseph Barbara li ttelgħet  fl-Intercontinental Hotel, San Ġiljan. Il-Ministru Zammit Dimech qal li fix-xogħlijiet tiegħu Barbara juża kull tip ta’ materjal iżda juża wkoll skart biex minnu joħroġ xogħlijiet ta’ l-arti.
Joseph Barbara hu artistu għalliem li esperimenta b’xogħlijiet straordinarji ta’ skultura fil-metall u pittura. Barbara hu magħruf ukoll għall-kalendarji li pproduċa fl-aħħar 17 il-sena li kull sena juri prints tax-xogħlijiet tiegħu. Dawn jinkludu pastel drawings ta’ ‘Trades of Malta’ u ‘Feasts of Malta’ għal pittura bil-pinna u l-inka tat-28 Gran Mastru ta’ l-Ordni ta’ San Ġwann. Suġġetti oħra huma landmarks Maltin fi stil prismiku u tpingija bil-lapis ta’ kartolini qodma, ritratti antiki u żwiemel.
Joseph Barbara tella’wirjiet fost il-komunitajiet Maltin u Awstraljani f’Sydney u Melbourne fl-Awstralja fl-1998, f’Schesslitz fil-Ġermanja fl-2001 fejn ingħata premju għall-iskultura tiegħu fl-istainless steel fil-Malta Biennale, li kienet tinkludi artisti minn 105 pajjiż.
Fl-2002 tella’ wirja waħdufiċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi, fl-2003 tella’ wirja fil-Malta China Friendship Society filwaqt li fl-istess sena ngħata l-Gold Award għal xogħol magħmul minn fliexken tal-plastik intitolat “The Three Graces”. Fl-istess sena wkoll mar Guangzhou fi-Ċina fejn, flimkien ma’ żewġ artisti Maltin oħra, wera ix-xogħlijiet tiegħu f’dak il-pajjiż. Fl-2004 Joseph Barbara ġie kkummissjonat mill-Kunsill Lokali Żejtun biex itella’ fi ġnien pubbliku, tliet skulturi: waħda minn ġebel, metall u fibre glass li jippersonifikaw il-passat ‘Stone Age’, il-preżent ‘Iron Age’ u l-futur ‘Fibre Glass’;  oħra intitolata ‘Radical Construction’ inħadmet minn materjal skartat u l-aħħar waħda, omaġġ lil Olimpjadi magħmula minn metall turi l-ħames ċrieki ta’ l-Olimpjadi.
Din is-sena JosephBarbara iċċelebra l-25 sena ta’ wirjiet tax-xogħlijiet tiegħu b’erba’ wirjiet: waħda fil-Lukanda Imġarr f’Għawdex; oħra fil-Fiera Internazzjonali ta’ Malta; kollezzjoni ta’ pittura varja fil-Multitrade Ltd f’Ħaż Żebbuġ u oħra ta’ 40 pittura u sitt stallazzjonijiet kbar fl-Intercontinental Hotel, f’San Ġiljan.
“Fil-ħolm tiegħu Joseph Barbara kienispirat biex iwettaq xogħlijiet interessanti u ta’ natura mhux tas-soltu. Dan wassal biex  Barbara jwettaq xogħlijiet ta’ arti li minbarra milli huma sbieħ għandhom ukoll messaġġ favur l-ambjent,” qal il-Ministru Zammit Dimech li awgura lil Barbara għall-ħidma tiegħu fl-aħħar 25 sena u  biex iwettaq aktar xogħlijiet  ta’ l-arti fil-futur.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow