Left arrow Go Back

“Il-GWU tattakka l-attivita` kummerċjali f’pajjiżna f’dawn il-jiem ta’ festi” – Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo

pr1766
Date Icon 02/12/2005
Waqtlaqgħa li s-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, kellu mas-settur kummerċjali, numru ta’ sidien ta’ negozji lmentaw mill-aġir tal-General Workers’ Union, fejn qalu li jidher li bl-iskuża li trid tiddefendi lill-ħaddiema, il-GWU qiegħda torganizza protesti li huma maħsuba biex iwasslu biex jiddistabiliżżaw it-trankwilita` li l-poplu qiegħed jgħix fiha.  Dan bil-ħsieb li jdaħħlu inċertezza li twassal għal nuqqas ta’ bejgħ u negozju għal żmien il-festi tal-Milied.
Is-SegretarjuParlamentari Edwin Vassallo f’kumment li għamel waqt  il-laqgħa,  ikkundanna d-deċiżjoni tal-GWU li qed tgħid li trid tiddefendi l-interessi tal-ħaddiema u bl-azzjonijiet tagħha, qed tagħmel il-kuntrarju ta’ dak li qiegħda ssostni fid-dikjarazzjonijiet tagħha.
“Filwaqtli l-GWU qiegħda tgħid li qed tiddefendi l-impjiegi tal-ħaddiema, bl-azzjonijiet tagħha trid toħloq inċertezza fost il-poplu Malti u Għawdxi, biex f’dawn iż-żminijiet ta’ festi tnaqqas mis-saħħa tal-kummerċ.  Kien dan il-Gvern li ħa d-deċiżjoni li jikkonsulta mal-poplu dwar il-prijoritajiet tiegħu għall-budget.  Kien l-istess Gvern li ħa d-deċiżjoni li l-budgete ta’ din is-sena jkun moqri fil-Parlament f’Ottubru, u kienet id-deċiżjoni tal-Gvern li ma jintroduċix taxxi ġodda jew iżid mat-taxxi preżenti.  Dawn id-deċiżjonijiet kollha kienu meħuda mill-Gvern biex l-attivita` kummerċjali tingħata spinta u bit-trankwilita` li tinħoloq fil-pajjiż, l-attivita` kummerċjali tkun tista’ tiżdied.”
“Il-GWU,għall-kuntrarju, għaliex temmen fl-effett pożittiv ta’ dawn id-deċiżjonijiet tal-Gvern, qed tipprova timmina l-istabbilita` kummerċjali, kemm fost il-konsumaturi, kif ukoll fost is-sidien tan-negozji, u qed tagħmel kull ma tista’ biex proprju toħloq diżordni biex tnaqqas l-attivita` kummerċjali tal-bejgħ u l-kummerċ – f’dawn il-festi.”
“Dinid-deċiżjoni tal-GWU hija maħsuba mhux biex f’pajjiżna jinħoloq ix-xogħol, iżda biex f’pajjiżna tonqos l-attivita` kummerċjali, jonqos il-kummerċ, u jintilfu l-impjiegi.”
Is-SegretarjuParlamentari Vassallo kompla jgħid li “fil-fehma tiegħi, bid-deċiżjonijiet u l-protesti tagħha, il-GWU qed tattakka direttament lill-impjiegi maħluqa mill-kummerċ.  U dan, għaliex kull ma qiegħda tagħmel hu li qed tipprova tnaqqas il-kummerċ li f’dawn iż-żminijiet ikun fl-aqwa tiegħu.”
F’danir-rigward, l-Onor. Vassallo sostna li l-GWU qiegħda tkun irresponsabbli mal-ħaddiema u ma’ min iħaddem u qiegħda turi lill-poplu Malti u Għawdxi li qed tgħix gidba f’sitwazzjoni ta’ realta`.  Dan għaliex il-GWU qed taġixxi bil-kontra  ta’ dak li qed tgħid li qed tagħmel.
Fitmiem il-laqgħa mas-sidien tan-negozji, is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo sostna li permezz ta’ dan l-aġir, il-GWU qed turi li l-aġenda tagħha mhix il-ħolqien tax-xogħol f’dan il-pajjiż, iżda aġenda partiġġjana li tissodisfa l-interessi tagħha biss.
Għaldaqstant,is-Segretarju Parlamentari ħeġġeġ lill-konsumaturi u lis-sidien tan-negozji sabiex jinjoraw il-pressjoni li qed tipprova toħloq din il-Union, u jagħmlu minn kollox biex ikunu kompetittivi biex f’pajjiżna l-attivita` kummerċjali tkompli tikber, l-impjiegi jiżdiedu u l-kummerċ f’pajjiżna jissaħħaħ.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow