Lm1.4 miljun ghas-settur tas-Sajd
pr1762
02/12/2005
| Is-Segretarju Parlamentari responsabbli għall-Biedja u s-Sajd flimkien | ma’ l-Membru Parlamentari Ewropew, l-Onor David Casa, MEP., dalgħodu żaru t-taqsima għall-konservazzjoni u l-kontroll tas-sajd fit-Torri San Luċjan, M’Xlokk. |
| Dr Agius qal li barra mis-sajd tradizzjonali | għandna l-qasam ta’ l-Akwakultura – li t-tonn sa ċertu punt jagħmel parti minnu – għax it-tonn li jinqabad fis-selvaġġ, jiġi msemmen fil-fish farm, hekk imsejħa tuna pens – u dan izid il-valur tiegħu. |
| Iċ-ċentru ta’ l-akwakultura qed jaħdem flimkien | mas-settur privat biex jitkabbar ħut ieħor barra mill-Ispnott, l-Awrat, u t-tonn. L-iktar ħuta promettenti hija l-aċċjola. Jekk aħna, f’Malta jirnexxielna nagħmlu dan ikollna breakthrough importanti. |
| Ħadd ma jsemmi l-impjiegi li jinħolqu jew il-valur | miżjud tal-prodott Malti. Insibu hafna jilmentaw li f’Malta m’għandniex riżorsi. Dr Agius qal li l-baħar u l-użu tiegħu huwa riżors fih innifsu. L-iżvilupp ta’ l-akwakultura huwa rikonoxxut mill-FAO u anke mill-politika komuni dwar is-sajd ta’ UE biex jinżammu, b’mod sostenibbli l-komunitajiet tas-sajd madwar ix-xtajtiet tal-pajjizi. Dr Agius fakkar li s-suq li fih imur dan il-prodott hu wieħed soffistikat u mfittex ħafna bħal m’hu l-Ġappun. |
| Permezz ta’ sħubija taghna fl-Unjoni Ewropea issa | aħna nistgħu napplikaw għall-fondi biex b’hekk, dan is-settur jkun jista’ jibbenefika minn għajnuna finanzjarja. Dr. Agius spjega kif din is-sena anke fid-diskors tal-budget hemm ivvutati flus biex isiru Dry standing facilities. Din hija xi ħaġa ġdida li s-sajjieda li qabel kienu jitilgħu l-Italja biex jagħmlu l-manutenzjoni tad-dagħajjes tagħhom, issa ser ikunu jistgħu jagħmlu dan f’Malta stess. Dan ser ifisser li ser jinxtraw żewġ ‘cranes’ wieħed ta’ 50 tunnellata u l-ieħor ta’ 250 tunellata. Wieħed ikun marbut fuq l-art u l-ieħor għandu l-faċilita’ li jinżel taħt l-ilma u jerfgħa l-bastiment. Dan ser jipprovdi 16-il post fejn id-dgħajjes tas-sajjieda tista’ ssirilhom manutenzjoni. Dan ser isir f’Marsaxlokk u ser jiġi jiswa Lm1 miljun li minnhom 75% huma fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea. |
| B’hekk ser jitnaqqsu l-ispejjeż tas-sajjieda | Maltin. Dan juri l-impenn tal-gvern lejn dan is-settur u lejn is-sajjieda tagħna, qal Dr Agius u “ser inkomplu naħdmu ħalli dan is-settur ikompli jsir iktar professjonali u l-konsumatur tagħna dejjem ikollu prodott ta’ kwalita’.” Dr Agius irringrazzja lill-Onor. David Casa tax-xogħol siewi tiegħu fil-Parlament Ewropew u ta’ l-għajnuna kolha li jsibu t-tekniċi Maltin meta jitilgħu fi Brussels għal taħdidiet fuq dan is-settur. |
| Il-Membru Parlamentari Ewropew David Casa minn | naħa tiegħu qal li għamel dak kollu li setgħa biex ikompli jġib fondi għal dan is-settur. Is-Sur Casa qal li l-fond Ewropew għas-Sajd huwa proġett innovattiv li jimplimenta l-għanijiet li kienu deċiżi mir-riforma tal-politika komuni għas-sajd, sabiex tiġi simplifikata u deċentralizzata s-sistema tat-tqassim tal-fondi, sabiex ikunu jistgħu jintlaqgħu l-isfidi li kellha quddiemha l-Unjoni Ewropea bid-dħul ta’ l-għaxar pajjiżi membri ġodda. L-allokazzjoni għal dan il-fond hija ta’ 5 biljun Euro. |
| Tajjeb li wieħed isemmi l-għajnuna li tista’ | tingħata issa permezz ta’ dan il-fond. Fost dawn hemm għajnuna għal taħriġ, skemi ta’ rtirar kmieni, fondi speċjali għal apparat ta’ sigurta’ fuq il-post tax-xogħol, fondi li jgħinu lis-sajjied jixtri apparat għas-sajd aktar effetiv u opportunitajiet lin-nisa sabiex ikunu jistgħu jintegraw ruħhom fis-settur temm jgħid David Casa. |
| Dr. Agius u David Casa kienu mdawwra mal-kumpless mid-Direttur | Ġenerali responsabbli mit-taqsima għall-Konservazzjoni u Kontroll tas-Sajd, Dr. Anthony Gruppetta. |
Other Press Releases:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949